Proġett INK - It-tieni żjara f'Dublin, l-Irlanda

Reference Number: PR042019, Press Release Issue Date: Jul 05, 2019
 
Numru ta' benefiċjarji minn kull wieħed mill-gruppi milħuqa mill-proġett INK, li huma persuni b'diżabilità, ġenituri / kuraturi ta' persuni b'diżabilità, min iħaddem u professjonisti fil-qasam, kellhom l-opportunità li jżuru Dublin, l-Irlanda.
 
Din kienet it-tieni żjara internazzjonali tal-proġett. Il-grupp żar lill-imsieħba Irlandiża KARE - (Promoting Inclusion for People with Intellectual Disabilities), kif ukoll in-National Disability Authority (NDA) u l-entità Enable Ireland. It-tlett entitajiet provdew sessjonijiet ta' taħriġ u qasmu għarfien u informazzjoni dwar is-settur tad-diżabilità u mpjieg, waqt li taw l-opportunità ta' tagħlim lill-benefiċjarji kollha u ċans biex jaqsmu esperjenzi bejniethom.
 
Is-suġġetti matul din iż-żjara koprew il-qsim ta' ideat ta' proġetti ta' impjieg assistiv mwassla fl-Irlanda u kif jistgħu jiġu implimentati lokalment, leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u diversi metodi ta' teknoloġija assistiva li jgħinu impjieg assistiv.
 
It-tielet żjara, bħala parti mill-proġett INK, se ssir aktar tard din is-sena.
 
Il-proġett INK huwa proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Soċjali Ewropew 2014 - 2020. L-għan tal-proġett huwa mmirat sabiex iżid l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol.
 
Il-proġett INK mhux biss jipprovdi lill-persuni b'diżabilità sessjonijiet ta’ taħriġ immirati biex itejbu l-ħiliet tagħhom u jipprovdi lill-benefiċjarji mod dirett kif japplikaw dak li tgħallmu fit-taħriġ  permezz ta’ esperjenza ta’ xogħol, iżda jiġu mħarrġa ankè l-ġenituri jew kuraturi tagħhom, min iħaddem, u professjonisti fl-istess qasam sabiex ikunu jistgħu jipprovdu aktar sapport b’mod ħolistiku.
 
Aktar informazzjoni dwar dan il-proġett tinsab fuq il-paġna tal-Facebook tagħna: INKprojectmalta jew mis-sit tal-Aġenzija Sapport www.sapport.gov.mt. Wieħed jista' wkoll iċempel fuq 2256 8000 u jsaqsi għall-proġett INK jew jibgħat email fuq: eu.sapport@gov.mt.
______________________________________________________________________________________________________________________
A number of beneficiaries from each of INK project’s cohorts, being persons with disabilities, parents / guardians of persons with disabilities, employers and front-line professionals had the opportunity to visit to Dublin, Ireland.
 
This was the project’s second international visit. The group visited our Irish partners KARE - (Promoting Inclusion for People with Intellectual Disabilities​), as well as the National Disability Authority (NDA) and Enable Ireland​. All three entities provided training sessions and facilitated exchange of knowledge within the field, giving the opportunity to all beneficiaries for shared learning experiences and encouraging peer learning.
 
Topics covered during this visit included the sharing of ideas of supported employment projects delivered in Ireland and adaptations that can be implemented locally, employment legislation and various methods of assistive technologies that aid supported employment.
 
A third visit, as part of the INK project, will be held later on this year.
 
The INK project is an EU co-funded project, under the European Social Fund 2014 - 2020. The project’s aim is to focus on increasing the inclusion of persons with disability in the workforce.
 
The INK project not only provides persons with disability with training sessions aimed at improving their skills as well as by providing the beneficiaries with a hands on experience through job placements, it also targets employers, parents and professionals with training sessions to be able to provide support in a holistic way.
 
More information on this project can be found on our Facebook page: INKprojectmalta or the Agency’s website: www.sapport.gov.mt. One may also call on 2256 8000 and ask for INK project or send an email on eu.sapport@gov.mt.

1_Dublin.jpeg