Mawra speċjali ġewwa l-MUŻA għal persuni neqsin mis-smigħ

Reference Number: PR052019, Press Release Issue Date: Jul 12, 2019
 
Mawra speċjali ġewwa l-MUŻA għal persuni neqsin mis-smigħ

​Persuni neqsin mis-smigħ, li huma klijenti tal-Aġenzija Sapport u jagħmlu użu mis-servizz tal-Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali, żaru il-mużew tal-arti MUŻA ġewwa il-Belt Valletta nhar l-Erbgħa 10 ta’ Lulju. Dan il-mużew jinsab fil-binja tal-Berġa tal-Italja.

MUŻA huwa l-isem magħżul għal mużew il-ġdid tal-arti u wieħed mill-proġetti prinċipali  li kisbu t-titlu  għall-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. MUŻA huwa mużew tal-arti tal-komunità nazzjonali, l-ewwel tat-tip tiegħu, żviluppat ġewwa sit storiku fil-Belt Kapitali Valletta; liema belt tifforma parti mill-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO.

L-Interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali fi ħdan l-Aġenzija Sapport minn żmien għal żmien jorganizzaw attivitajiet f’kollaborazzjoni mal-Għaqda Persuni neqsin mis-smigħ. Heritage Malta offriet servizz  bla ħlas komplut bit-tour leader għall-klijenti taż-żewġ entitajiet. 20 persuna ibbenefikaw minn din l-attività.

Il-klijenti kienu akkumpanjati mill-interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali tal-Aġenzija, li pprovdew interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali flimkien mal-gwida professjonali. L-għan prinċipali ta’ din l-attività kienet sabiex tiġġenera interess fil-wirt kulturali u l-arti nazzjonali u li dawn ikunu aċċessibbli għal persuni neqsin mis-smigħ.

Għal aktar informazzjoni  dwar is-servizzi tal-Aġenzija, wieħed jista’ jċempel fuq 22568000, iżur  is-sit sapport.gov.mt u il-paġna ta’ Facebook: sapport.malta​.

______________________________________________________________________________________________________________________

Special tour at MUŻA for the hearing impaired
 
Aġenzija Sapport’s hearing impaired clients, who make use of the Agency’s sign language interpreting service, have visited the art museum MUŻA on Wednesday the 10th of July. The  museum is located at the Auberge d’Italie in Valletta.

MUŻA is the chosen name for Malta’s new museum of art and flagship project for Valletta’s European Capital City of Culture Title in 2018.  MUŻA is a national-community art museum, the first of its kind, being developed in a historic site within the Capital City of Valletta; a UNESCO World Heritage Site built as a city-fortress.

The Sign Language Interpretation team within Aġenzija Sapport from time to time organises activities in collaboration with the Deaf Association. Heritage Malta has offered a free pass together with a tour leader for hearing impaired clients of both entities. 20 persons have benefitted from this outing.

The clients were accompanied by the Agency’s Sign Language Interpreters, who provided sign language interpretation of the professionally guided tour. The main purpose of such activity was to enhance interest in our local heritage and arts and to make such treasures accessible to  hearing impaired people.

For more information regarding Aġenzija Sapport services, one can call on 22568000, visit the website sapport.gov.mt and visit the Facebook page sapport.malta.​ 

MUZA Group photo.JPG