Ħinijiet tal-ftuħ

 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 08:00 – 15:30

Is-Sibt, il-Ħadd u l-Festi Pubbliċi: Mhux disponibbli

Indirizz: Aġenzija Sapport, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

Għal direzzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa

 

Għal aktar informazzjoni dwar din l-iskema, wieħed għandu jibgħat email fuq accessibility.sapport@gov.mt.

 

 

DOKUMENTI MEĦTIEĠA

Applikazzjoni ġdida għall-Blue Badge:

  • Formola ta’ Applikazzjoni u Ċertifikat Mediku. Huwa importanti li l-applikant / il-kuratur jiffirma fl-ispazju pprovdut. Iċ-Ċertifikat Mediku jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib.
  • Ritratt tal-passaport (40mm X 30mm) wieħed (1) riċenti, bil-kulur u ta’ kwalità tajba tal-persuna b’diżabilità, iċċertifikat fuq wara.
  • €11.50 ħlas amministrattiv. Għandu jingħata l-ammont eżatt jekk tissottometti applikazzjoni personalment. Pagamenti bi flus kontanti mhux se jiġu aċċettati bil-posta. Il-karti tal-kreditu huma aċċettati.
  • Jekk wieħed qed japplika f’isem l-applikant, irid jipprovdi wkoll kopja tal-karta tal-identità tiegħu.

 

Tiġdid tal-Blue Badge:

  • Formola ta’ Applikazzjoni u Ċertifikat Mediku
  • Ritratt tal-passaport (40mm X 30mm) wieħed (1) riċenti, bil-kulur u ta’ kwalità tajba tal-persuna b’diżabilità, iċċertifikat fuq wara.
  • Jekk wieħed qed japplika f’isem l-applikant, irid jipprovdi wkoll kopja tal-karta tal-identità tiegħu.

 

M’hemm l-ebda ħlas għall-applikazzjoni għat-tiġdid tal-Blue Badge.

Wheelchair icon

ELIĠIBILITÀ

​◆ ​​​​​​​Il-persuni li huma intitolati għall-Karta Ewropea tad-Diżabilità u li għandhom diżabilità fiżika severa u permanenti jew temporanja.

 

◆ ​​​​​​​Il-persuni b’nuqqas ta’ vista permanenti, li ma jaqbiżx 6/60 fl-aħjar għajn, jew li għandhom limitazzjoni viżiva li minħabba fiha ma jistgħux jaraw minn angolu ta’ mill-inqas 20 grad (tunnel vision) u li jużaw vettura bil-mutur b’mod regolari.

 

◆ ​​​​​​​Il-persuni li għandhom diżabilità permanenti severa li jsuqu karozza b’mod regolari.

 

◆ Il-persuni li għandhom diżabilità fiżika permanenti u severa li minħabba fiha ma jkunux jistgħu jimxu jew jagħmlu dan b’diffikultà kbira jew għal dawk li kwalunkwe sforz biex jimxu jkun ta’ detriment għal ħajjithom minħabba d-diżabilità tagħhom u li jagħmlu użu minn vettura bil-mutur b’mod regolari.

 

◆ ​​​​​​​Il-persuni li għandhom diżabilità intellettwali severa jew li juru mġiba diffikultuża severa u li għandhom bżonn assistenza frekwenti u/jew superviżjoni matul il-ġurnata u bil-lejl u li jużaw vettura bil-mutur b’mod regolari.

KIF GĦANDEK TAPPLIKA

Dawk interessati li japplikaw għall-Blue Badge jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni onlajn jew iniżżlu l-applikazzjoni (inkluż iċ-Ċertifikat Mediku) u jmorru bihom personalment fl-indirizz ta’ hawn taħt.

IMLA L-APPLIKAZZJONI ONLAJN AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

It-tiġdid ta’ dan id-dokument hu r-responsabilità tas-sid tiegħu. Kull individwu li jagħmel użu mill-Blue Badge għandu jġedded id-dokumenti rilevanti mill-inqas tliet (3) xhur qabel ma jiskadu.

 

Il-formola tal-applikazzjoni għat-tiġdid tal-Blue Badge tista’ timtela onlajn, tista’ tintbagħat permezz ta’ email fuq accessibility.sapport@gov.mt bid-dokumenti neċessarji kollha mehmużin jew imorru bihom personalment fl-indirizz ta’ hawn taħt.

TIĠDID U TERMINAZZJONI

Renew icon

Tiġdid

Jekk l-informazzjoni fuq il-Blue Badge ma tkunx tista’ tinqara, is-sid għandu jikkuntattja lil Aġenzija Sapport u jitlob li jingħata dokument ġdid.

 

Jekk id-dokument tal-Blue Badge jintilef, is-sid għandu jippreżenta rapport tal-pulizija lil Aġenzija Sapport biex jinħareġ dokument ġdid.

Cross icon

Terminazzjoni

Il-Blue Badge hu dokument legali u għalhekk, fil-każ tal-mewt tas-sid, Aġenzija Sapport trid tiġi infurmata u l-Blue Badge għandu jingħata lura immedjatament.

 

Jekk il-Blue Badge ma jingħatax lura lill-Aġenzija malli din tiġi infurmata bil-mewt tas-sid, jinħarġu żewġ avviżi minn Aġenzija Sapport. Jekk xorta waħda ma jingħatax lura d-dokument tal-Blue Badge, Aġenzija Sapport titlob lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jiġborha.

Info icon

Avviżi importanti

  1. Is-sid tal-Blue Badge m’għandu qatt jagħti d-dokument lill-ħbieb jew lill-familjari biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-konċessjonijiet tal-parkeġġ.
  2. Wieħed m’għandu qatt jagħmel kopji tal-Blue Badge jew ibiddel id-dettalji fuq tali dokument.
  3. L-ebda noti jew dokumenti temporanji ma jinħarġu waqt li applikazzjoni tkun qed tiġi pproċessata biex jintużaw minflok id-dokumenti uffiċjali.

Id-dokument tal-Blue Badge jinħareġ minn Aġenzija Sapport għall-applikanti eliġibbli.

 

L-arranġamenti għall-parkeġġ huma l-istess għas-sidien kollha tal-Blue Badge fl-Istati Membri kollha tal-UE. Id-dokument tal-Blue Badge huwa rikonoxxut u jista’ jintuża wkoll fl-Awstralja, fil-Kanada, fil-Ġappun, fil-Korea t’Isfel, fi New Zealand, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

Skip to content