Aġenzija Sapport mexxiet proċess konsultattiv dwar ir-Riforma tal-Assistenza Personali – Inqiegħdu l-pedament għal sistema ta’ Baġits Personali għall-persuni b’diżabilità.

 

Permezz ta’ din ir-riforma, il-persuni b’diżabilità li jiġu allokati Baġit Personali se jkollhom aktar possibiliitajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-għajxien indipendenti fil-komunità bl-għażla, il-kontroll, u l-flessibilità leġittimi u rispettużi dwar kif jużaw u jimmaniġġjaw is-sapport tal-Assistenza Personali, u dwar l-aċċess għal servizzi, għodod, u tagħmir ieħor li jikkontribwixxu lejn l-għajxien indipendenti tagħhom matul ħajjithom.

 

Fl-aħħar mill-aħħar, l-Assistenza Personali għandha tiffaċilita l-aċċess tal-persuna b’diżabilità għas-servizzi ġenerali u għal kull aspett tal-ħajja, mill-attivitajiet tal-għajxien ta’ kuljum għas-servizzi ta’ ħarsien soċjali, ix-xogħol, u attivitajiet ta’ divertiment.

 

Din ir-riforma hi r-riżultat ta’ konsultazzjoni nazzjonali u internazzjonali mal-persuni b’diżabilità, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, esperti ewlenin minn Aġenzija Sapport, id-Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità, u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

 

Agħfas fuq din il-ħolqa biex taċċessa d-dokument sħih tal-konsultazzjoni pubblika mis-sezzjoni tal-Pubblikazzjonijiet tas-sit ta’ Aġenzija Sapport.