Ħarsa Ġenerali

Il-Blue Badge hija dokument legali.

 

Il-Blue Badge tippermetti lis-sidien tagħha jipparkjaw il-vettura li jkunu qegħdin fiha f’postijiet ta’ parkeġġ komunali riservat għal dawk li għandhom Blue Badge, bid-dokument tal-Blue Badge mpoġġi b’mod prominenti mal-windscreen.

 

Id-dokument tal-Blue Badge jinħareġ minn Aġenzija Sapport għall-applikanti eliġibbli.

 

Id-dokument tal-Blue Badge huwa ġeneralment aċċettat ukoll fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, il-Korea ta’ Isfel, New Zealand, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

 

 

 

Ħinijiet tal-Ftuħ

 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 08:00 – 15:30

Is-Sibt, il-Ħadd u l-Festi Pubbliċi: Mhux disponibbli

Indirizz: Aġenzija Sapport, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

Għal direzzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa.

 

Għal aktar informazzjoni dwar din l-iskema, wieħed għandu jibgħat email fuq accessibility.sapport@gov.mt.

Dokumenti Meħtieġa

Applikazzjoni ġdida għall-Blue Badge:

  • Formola ta’ Applikazzjoni. Din għandha tkun iffirmata mill-applikant jew mill-gwardjan legali tagħhom, skont kif applikabbli.
  • Formola ta’ Ċertifikat Mediku. Din trid tiġi ffirmata, ittimbrata datata mhux iktar tard minn sena mid-data ta’ sottomissjoni.
  • Ritratt tal-passaport (40mm X 30mm) wieħed (1) riċenti, bil-kulur u ta’ kwalità tajba tal-persuna b’diżabilità
  • €11.50 ħlas amministrattiv. Għandu jingħata l-ammont eżatt jekk tissottometti applikazzjoni personalment. Il-karti tal-kreditu huma aċċettati. Ċekkijiet mhumiex aċċettati. Pagamenti bi flus kontanti ma jiġux aċċettati bil-posta.

 

Tiġdid tal-Blue Badge:

  • Formola ta’ Applikazzjoni. Din għandha tkun iffirmata mill-applikant jew mill-gwardjan legali tagħhom, skont kif applikabbli.
  • Formola ta’ Ċertifikat Mediku. Din trid tiġi ffirmata, ittimbrata u datata mhux iktar tard minn sena mid-data ta’ sottomissjoni.
  • Ritratt tal-passaport (40mm X 30mm) wieħed (1) riċenti, bil-kulur u ta’ kwalità tajba tal-persuna b’diżabilità.

 

M’hemm l-ebda ħlas għall-applikazzjoni għat-tiġdid tal-Blue Badge.

Eliġibilità

​Persuni li huma intitolati għal Karta Ewropea tad-Diżabilità, maħruġa minn Aġenzija Sapport, li jużaw u/jew isuqu vettura bil-mutur fuq bażi regolari, u li għandhom:

  • nuqqas  ta’  dawl  b’mod  permanenti  li jirriżulta  f’akutezza  viżwali  li  ma  teċċedix  6/60  fl-għajn it-tajba b’korretezza, jew b’limitu fil-qasam ta’ viżwal li huwa inqas minn angolu ta’ 20° (viżjoni ta’ mina);
  • nuqqas  qawwi  fiż-żewġ  dirgħajn,  li regolarment isuqu vettura bil-mutur iżda ma jistgħux idawru  l-isteering    wheel  ta’  vettura  bil-mutur b’idejhom ukoll jekk dak l-isteering hu ffittjat b’pum;.
  • nuqqas  fiżiku  permanenti  u sostanzjali  li  jirriżulta  fl-inabilità  li  jimxu  jew diffikultà kbira biex jimxu jew li bħala riżultat l-isforz ta’  mixi  jista’  jkun  ta’  periklu għal ħajjithom;.
  • nuqqas  qawwi  u  permanenti  fis-saħħa mentali  u  bi  problemi  qawwija  ta’  mġiba  u  li għandhom  bżonn  l-għajnuna  u  superviżjoni  b’mod frekwenti  matul  il-jum  kif  ukoll  matul  il-lejl.

 

Il-kriterji ta’ eliġibilità huma speċifikati fl-Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità (Kap. 560).

Blue Badges Imkagħbrin, Mitlufin u Tterminati

Blue Badges Imkagħbrin

Jekk l-informazzjoni fuq il-Blue Badge ma tkunx għadha tista’ tinqara, id-detentur għandu jikkuntattja lil Aġenzija Sapport u jitlob li l-Blue Badge tiġi sostitwita.

 

 

 

Blue Badges Mitlufin

Min jitlef id-dokument tal-Blue Badge għandu jagħmel rapport lill-Pulizija jew jieħu affidavit maħluf u jissottomettih lil Aġenzija Sapport sabiex jinħareġ dokument ġdid.

 

 

Terminazzjoni

Il-Blue Badge hu dokument legali u għalhekk, fil-każ tal-mewt tad-detentur, Aġenzija Sapport trid tiġi infurmata u l-Blue Badge għandha tingħata lura immedjatament.

 

Użu ta’ Blue Badge wara d-data tal-iskadenza tagħha hu illegali. Blue Badge skaduta għandha tiġi ritornata lil Aġenzija Sapport immedjatament.

 

Jekk il-Blue Badge ma tiġix irritornata, Aġenzija Sapport u t-Taqsima tal-Infurzar tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) jikkollaboraw biex jitolbu lil-Kummissarju tal-Pulizija biex jiġborha.

Avviżi importanti

Is-sid tal-Blue Badge m’għandu qatt jagħti d-dokument lill-ħbieb jew lill-familjari biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-konċessjonijiet tal-parkeġġ.

 

Wieħed m’għandu qatt jagħmel kopji tal-Blue Badge jew ibiddel id-dettalji fuq tali dokument.

 

L-ebda noti jew dokumenti temporanji ma jinħarġu waqt li applikazzjoni tkun qed tiġi pproċessata biex jintużaw minflok id-dokumenti uffiċjali.

Kif Għandek Tapplika

Dawk interessati li japplikaw għall-Blue Badge jistgħu jissottomettu l-formola tal-applikazzjoni online jew iniżżlu l-applikazzjoni (inkluż il-formola taċ-Ċertifikat Mediku) u jmorru bihom personalment fl-indirizz Aġenzija Sapport, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera, SVR 1614.

 

IMLA L-APPLIKAZZJONI ONLINE AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

 

Hi responsabilità tad-detentur tal-Blue Badge li japplika sabiex iġedded id-dokument tliet (3) xhur qabel jiskadi.

 

 

Agħfas din il-ħolqa għal fuljett ta’ informazzjoni dwar il-Blue Badge u l-Gwida Tiegħek dwar Blue Badge 

 

Skip to content