Aġenzija Sapport tħaddem politika ta’ opportunitajiet indaqs u tistinka biex timpjega ħaddiema li għandhom l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet xierqa għad-diversi opportunitajiet ta’ xogħol li jinħolqu fi ħdan l-Aġenzija.
- Il-kriterji ta’ eliġibilità ta’ kull opportunità ta’ impjieg ivarjaw. Wieħed għandu jiċċekkja d-deskrizzjoni tal-impjieg biex jara l-kriterji ta’ eliġibilità għal kwalunkwe rwol partikolari.
- L-Aġenzija ssegwi l-qafas tal-MQRIC (Malta Qualifications Recognition Information Centre) kemm għall-kwalifiki akkademiċi kif ukoll vokazzjonali u korsijiet akkreditati.
- F’xi pożizzjonijiet, hija meħtieġa esperjenza preċedenti. Id-dokumentazzjoni meħtieġa għal kull pożizzjoni hija differenti u hija elenkata fid-deskrizzjoni tas-sejħa rispettiva, li teħtieġ li tiġi mibgħuta flimkien ma’ formola tal-applikazzjoni.
Dawk interessati li jibagħtu applikazzjoni għal sejħa miftuħa, jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni b’mod elettroniku jew iniżżlu l-applikazzjoni u jibagħtuha bl-idejn, bil-posta jew bil-posta elettronika.
Dokumenti meħtieġa:
CV
Ittra ta’ motivazzjoni
L-istorja tal-impjieg (link għal Jobsplus)
Kondotta tal-pulizija
Kopja taċ-ċertifikati