My Programme joffri sapport ibbażat fil-komunità lill-persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom f’Malta u Għawdex. L-għan ġenerali tas-servizz hu li jassisti lill-persuni b’diżabilità biex dawn jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità, filwaqt li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja kemm tal-klijent kif ukoll tal-kuraturi tiegħu. Joffri programm immirat lejn ix-xewqat u l-bżonnijiet tal-individwu skont l-abilitajiet u l-limitazzjonijiet tagħhom, wara pjan ta’ assessjar u ta’ interventi li jitwettaq qabel ma jibda s-servizz.
Is-servizz jista’ jinkludi interventi mmirati lejn:
- it-titjib tal-kura tal-persuna
- l-assistenza fit-tagħlim u fil-parteċipazzjoni fil-ħiliet taż-żamma tad-dar nadifa u f’kundizzjoni tajba
- il-parteċipazzjoni fil-komunità u l-ħiliet soċjali
- involvement f’interventi fi gruppi
- il-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ mġiba preokkupanti wara interventi ta’ mġiba pożittiva
Il-professjonisti flimkien mal-klijent joħolqu pjan personalizzat. Dan il-pjan ikun jinkudi medda speċifika ta’ żmien għal kull mira li tkun ġiet issettjata li tintlaħaq. Dan il-programm imbagħad jiġi segwit kemm mill-klijent kif ukoll mis-Support Worker meta jkunu qed isiru l-interventi. Dan il-pjan jiġi rivedut flimkien mal-klijent sabiex ikunu aġġornati l-miri.
________________
My Programme huwa servizz li ġie aġġornat, minn dak li kien magħruf bħala s-Servizz fil-Komunità. Is-Servizz fil-Komunità ta’ Aġenzija Sapport rebaħ il-Premju għall-Eċċellenza tas-Servizzi Soċjali Ewropej 2021 min-Network Soċjali Ewropew.