Id-Dipartiment tal-Liaison and Risk Management jissorvelja diversi taqsimiet taħt Aġenzija Sapport biex jiżviluppa prattiki ta’ komunikazzjoni fluwida, proċeduri standardizzati, u ġestjoni tar-riskji fl-organizzazzjoni kollha.
Waħda mir-responsabilitajiet tad-Dipartiment hija li jaġixxi bħala l-punt ċentrali ta’ kuntatt u ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) u Aġenzija Sapport għal skopijiet ta’ liċenzjar.