Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibilità għas-Sit ta’ Aġenzija Sapport

 

Din id-dikjarazzjoni tapplika għas-sit uffiċjali ta’ Aġenzija Sapport fuq www.sapport.gov.mt u ġiet aġġornata l-aħħar fit-30/03/2023.

 

Aġenzija Sapport hija impenjata biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità permezz ta’ sapport u għarfien espert innovattivi u personalizzati. Dan isir ukoll permezz ta’ opportunitajiet ugwali, inklużjoni sħiħa u appoġġ. B’hekk, l-Aġenzija tippromwovi l-aċċessibilità tal-informazzjoni u l-involviment tal-klijent. Permezz ta’ dan is-sit, l-Aġenzija timpenja ruħha wkoll biex tiżgura l-aċċessibilità diġitali għall-persuni b’diżabilità. Aħna qed intejbu b’mod kontinwu l-esperjenza tal-utent għal kulħadd, u qed napplikaw l-istandards tal-aċċessibilità rilevanti kif meħtieġ.

 

 

Miżuri biex jissapportjaw l-aċċessibilità

 

Aġenzija Sapport tieħu l-miżuri li ġejjin fl-organizzazzjoni kollha biex tiżgura l-aċċessibilità tas-servizzi tagħha:

  • Tipprovdi taħriġ regolari lill-impjegati dwar il-produzzjoni ta’ dokumenti aċċessibbli f’format li jinqara faċilment.
  • Tadotta metodi ta’ assigurazzjoni tal-aċċessibilità formali permezz ta’ konsultazzjoni regolari ma’ esperti lokali fl-aċċessibilità teknoloġika bħall-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija (FITA)
  • Tipprovdi dokumenti li jinqraw faċilment lill-persuni b’diżabilità biex tiżgura l-involviment tal-klijenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet

 

 

Status tal-konformità

 

Il-Linji Gwida għall-Aċċessibilità għall-Kontenut tal-Web (WCAG) jiddefinixxu r-rekwiżiti għad-disinjaturi u l-iżviluppaturi biex itejbu l-aċċessibilità tas-siti għall-persuni b’diżabilità. Huma jiddefinixxu livelli differenti ta’ konformità. Sad-data ta’ din id-dikjarazzjoni, is-sit ta’ Sapport huwa parzjalment konformi mal-WCAG. Jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima tal-Limitazzjonijiet u tal-Alternattivi hawn taħt għal aktar dettalji. Dan se jiġi rivedut perjodikament.

 

 

Kompatibilità mal-browsers u t-teknoloġija assistiva

 

Is-sit ta’ Sapport huwa ddisinjat biex tkun kompatibbli mal-browsers ewlenin kollha. Uħud minn dawn jinkludu:

  • Google Chrome
  • Microsoft Edge
  • Safari
  • Firefox

 

Speċifikazzjonijiet tekniċi u miżuri ta’ aċċessibilità użati

 

L-aċċessibilità tas-sit ta’ Sapport tiddependi fuq it-teknoloġiji tal-HTML biex taħdem ma’ browsers diversi u kwalunkwe teknoloġiji assistivi jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek.

 

Wieħed jiddependi fuq din it-teknoloġija għall-konformità mal-istandards tal-aċċessibilità użati.

Is-sit ta’ Sapport jimplimenta l-elementi ta’ aċċessibilità li ġejjin:

 

  • Jimmassimizza l-kuntrast tal-kulur għat-test fejn applikabbli u possibbli
  • Il-kontenut attwali tal-ħolqa huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utent fejn qed tindika l-ħolqa
  • Jimplimenta l-ħoloq kollha esterni biex jinfetħu f’tabs ġodda tal-browser
  • Jimplimenta mappa tas-sit dinamika u interattiva sabiex tiffaċilita n-navigazzjoni fil-kontenut tas-sit.

 

 

Rispons

 

Aħna nilqgħu r-rispons tiegħek dwar l-aċċessibilità tas-sit tagħna. Jekk jogħġbok infurmana jekk tiltaqa’ ma’ xi ostakli għall-aċċessibilità fuq:

 

  • Phone: +356 22568000
  • E-mail: marketing.sapport@gov.mt
  • Indirizz: Aġenzija Sapport, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera, SVR1614, Malta​

 

 

Limitazzjonijiet u Alternattivi

 

Bħalissa huma osservati l-limitazzjonijiet li ġejjin:

  • M’hemmx għażla biex taqbeż il-kontenut ripetut
  • Xi ħoloq fuq is-sit jistgħu jiġu identifikati biss permezz tal-kulur
  • Xi dokumenti PDF jista’ ma jkollhomx l-istil xieraq għall-użu mit-teknoloġiji tal-aċċessibilità

 

Limitazzjonijiet oħra minħabba l-istruttura tal-mudell tas-sit:

  • Mhux l-immaġni kollha jista’ jkollhom deskrizzjonijiet u sottotitli tal-ALT tag
  • Xi testi tal-ħoloq m’għandhomx tifsira (pereżempju: strixxun li jdur)

Aġenzija Sapport timplimenta programm ta’ titjib kontinwu biex tirranġa kwalunkwe problemi bl-aċċessibilità f’dan is-sit iżda minkejja l-akbar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibilità, jista’ jkun hemm xi limitazzjonijiet li ma ġewx innutati jew li hemm pjan li jsiru aċċessibbli dalwaqt.

 

 

Approvazzjoni formali ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibilità

 

Din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibilità ġiet approvata mis-Sur Oliver Scicluna, Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport

 

 

Ilmenti formali

 

Aħna nimmiraw li nirrispondu r-rispons tiegħek dwar l-aċċessibilità fi żmien jumejn tax-xogħol, u li nipproponu soluzzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol. Inti intitolat li tressaq ilment lill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni fuq https://www.mca.org.mt/accessibilitycomplaint jew lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, jekk ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba tagħna.