L-għan tad-Dipartiment tal-Proġetti tal-UE ta’ Aġenzija Sapport huwa li jagħmel użu mid-diversi programmi ta’ finanzjament tal-UE disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea (KE), għall-benefiċċju tal-klijenti u tal-impjegati. Dan imur lil hinn minn sempliċi kontribuzzjoni jew għajnuna finanzjarja li permezz tagħha jkunu jistgħu jitwettqu l-proġetti.

 

Permezz ta’ dawn l-opportunitajiet, Aġenzija Sapport tagħmel ħilitha biex tiżviluppa proġetti intenzjonati li jrawmu l-għanijiet li ġejjin, skont il-Prijoritajiet tal-Azzjoni Ewlenija 1 u l-Azzjoni Ewlenija 2:

 

  • It-titjib tal-ħiliet u l-għoti ta’ opportunitajiet lill-persunal tal-Aġenzija
  • It-tisħiħ tal-awtonomija u tal-għajxien indipendenti tal-klijenti
  • L-għoti u l-iżgurar ta’ servizz ta’ eċċellenza ta’ kwalità għolja
  • L-integrità, ir-rispett, l-ekwità, l-empatija u l-koproduzzjoni

 

 

Proġetti Kurrenti

 

Proġetti tal-Azzjoni Ewlenija 1:

 

  1. New Horizons

Inizjattiva li għandha l-għan li tipprovdi lill-ħaddiema tal-Aġenzija b’aktar taħriġ u taħriġ speċjalizzat. Aġenzija Sapport applikat għal dan il-proġett bħala sieħba ewlenija, u flimkien ma’  Valga County Vocational Training Centre fl-Estonja, offriet tliet programmi ta’ taħriġ fl-Estonja lil 30 Support Worker u professjonist oħra.

 

  1. Proġett ta’ Mobilità Ġdid

Wara s-suċċess tal-Proġett ta’ Mobilità tal-Azzjoni Ewlenija 1 preċedenti, Aġenzija Sapport applikat u ingħatat akkreditazzjoni fl-istess proġett tal-Azzjoni Ewlenija 1. Dan se jagħti l-opportunità lill-Aġenzija biex din tibbenefika minn sors stabbli ta’ finanzjament għat-tul kollu tal-Programm, proċeduri ta’ applikazzjoni simplifikati bħala risposta għas-sejħiet tal-Erasmus+, kif ukoll evalwazzjoni aktar rapida tal-applikazzjonijiet. Madwar 110 ħaddiem tal-Aġenzija, fosthom professjonisti, se jirċievu l-biċċa l-kbira tal-opportunitajiet, iżda l-Aġenzija se tiddentifika wkoll opportunitajiet ta’ taħriġ oħra biex ikun żgurat it-titjib tal-ħiliet tal-Aġenzija kollha.

 

  1. Skambji taż-Żgħażagħ

Aġenzija Sapport qed tissieħeb ma’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa biex toffri esperjenzi ta’ mobilità liż-żgħażagħ b’diżabilità. Din hija opportunità għall-klijenti tal-Aġenzija biex isiefru barra minn Malta u jinteraġixxu ma’ żgħażagħ oħra madwar l-Ewropa bħala komunità f’sessjonijiet ta’ ħidma tematiċi u attivitajiet kulturali differenti bl-użu ta’ metodi ta’ tagħlim mhux formali. Il-parteċipanti jingħataw Youthpass għar-riżultati tat-tagħlim tagħhom. L-aħħar skambju taż-żgħażagħ fl-2023 kien jinvolvi grupp ta’ 13-il individwu Malti li siefru lejn l-Iżvizzera biex jiltaqgħu ma’ persuni oħra u flimkien ipparteċipaw f’sessjonijiet ta’ żfin, teatru u perkussjoni u pparteċipaw f’festival lokali.

 

 

Proġetti tal-Azzjoni Ewlenija 2:

 

  1. Taħriġ Hybrid għal adulti żvantaġġati

L-għan ta’ dan il-proġett hu li jsib soluzzjonijiet ta’ taħriġ hybrid għal adulti żvantaġġati inkluż immigranti, anzjani u persuni b’diżabilità. Il-proġett hu immexxi minn OU Vestifex, fl-Estonja, kif ukoll seba’ msieħba Ewropej. F’dan il-proġett, l-irwol prinċipali ta’ Aġenzija Sapport hu l-kreazzjoni ta’ għodda hybrid sabiex isservi bħala riżorsa diġitali għat-taħriġ tal-adulti. Aġenzija Sapport ser tospita l-imsieħba għal żjara edukattiva ta’ ġimgħa u hi responsabbli għall-evalwazzjoni tal-proġett.

 

  1. Beyond Disability

L-għan ta’ dan il-proġett hu li jgħaqqad l-esperjenza u l-għarfien espert minn madwar l-Ewropa sabiex jinħoloq programm ta’ taħriġ immirat lejn professjonisti (prinċipalment Psikologi, Psikoterapisti u Counsellors) biex ikunu iktar mħarrġa fuq il-kunċett ta’ diżabilità u dwar il-ħidma ma’ persuni b’abilitajiet differenti. Is-sieħba ta’ dan il-proġett jikkonsistu minn Aġenzija Sapport bħala l-applikant, Relate Ability Centre f’Irlanda u Igor Vitale International srl mill-Italja.

 

  1. Prattiċi Inklussivi fl-Edukazzjoni – The emergence of the European Forum of Inclusion Practitioners

Inizjattiva ffukata fuq l-aspett prattiku tal-inklużjoni, fejn skejjel, NGOs u entitajiet oħra jistgħu jikkollaboraw u jaqsmu l-aħjar prattiċi. Dan il-proġett se jagħti l-opportunità lill-professjonisti fi ħdan Aġenzija Sapport biex jikkollaboraw ma’ esperti fuq l-inklużjoni madwar l-Ewropa kif ukoll isaħħaħ ir-relazzjonijiet internazzjonali permezz tal-European Forum of the International Forums of Inclusion Practitioners (IFIP). Dan il-proġett hu mmexxi mill-Union of Consultants Scandinavia AB fl-Iżvezja u jinkludi numru ta’ msieħba Ewropej.

 

  1. It Starts with Me!

Dan il-proġett huwa sħubija strateġika bejn l-Iżvezja, Spanja, Malta, l-Italja, is-Slovenja u l-Greċja. L-għan tiegħu huwa li joħloq inklużjoni u solidarjetà u li jisfida ll-perċezzjonijiet tas-soċjetà, kif ukoll li joħloq spazju kreattiv  għal ċittadinanza attiva u l-intraprenditorija soċjali billi jiżviluppa kwestjonarju interattiv onlajn, għal aċċess aħjar għar-riċerka u l-attivitajiet li jinvolvu ż-żgħażagħ b’varjazzjonijiet funzjonali, għal aktar viżibilità miżjuda. L-iskop ewlieni ta’ dan il-proġett hu li jagħti aktar opportunità lil persuni b’varjazzjonijiet funzjonali biex jipparteċipaw fil-proċess kollu. F’dan ir-rigward, il-proġett se jinvolvi liż-żgħażagħ b’diżabilità (48 persuna, 8 kull pajjiż) matul il-proċess tal-proġett.

 

  1. Let’s talk about IT!

L-esperjenzi ta’ Aġenzija Sapport u tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa huma xhieda ta’ dan, peress li l-organizzazzjonijiet għadhom jiltaqgħu ma’ mġiba preokkupanti relatata mas-sess. Għalhekk, għad m’hemmx biżżejjed edukazzjoni kemm fl-aspett tad-diżabilità kif ukoll f’dak tal-integrazzjoni. Jidher biċ-ċar ukoll li lokalment m’hemm l-ebda għarfien espert reali dwar kif wieħed għandu jittratta l-edukazzjoni sesswali speċifika għall-persuni b’diżabilità. Il-mekkaniżmi tas-sess u tal-esplorazzjoni sesswali jistgħu jkunu l-istess iżda r-realtajiet dwar il-mod tal-komunikazzjoni u l-metodoloġiji applikabbli huma verament differenti. Is-sħab magħżula min-naħa l-oħra, għal dan il-proġett, għandhom timijiet li huma professjonisti fil-qasam tal-psikoloġija, il-psikjatrija u s-sessoloġija jew li għandhom esperjenza diretta fil-ħidma mal-persuni b’diżabilità rigward l-edukazzjoni sesswali. L-importazzjoni ta’ dan l-għarfien espert hija essenzjali peress li dan mhuwiex disponibbli lokalment.

 

 

Proġett tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

 

Dan hu Proġett tal-Volontarjat fl-Unjoni Ewropa li permezz tiegħu Aġenzija Sapport tista’ tospita żewġ voluntiera Ewropej għal perjodu ta’ sena sabiex jassistu fis-servizzi li toffri. Il-proġett hu mmexxi mis-servizz ta’ Sharing Lives fi ħdan Aġenzija Sapport, u għalhekk, il-voluntiera ser ikunu qed jingħaqdu u jaħdmu mat-tim ta’ Sharing Lives bil-potenzjal li jestendu l-operat tagħhom.