Awtorità Pubblika

Aġenzija Sapport

 

 

Deskrizzjoni tal-istruttura tad-dipartiment/direttorat/entità

Dwar – Aġenzija Sapport

 

 

Description of the department/directorate/entity’s functions and responsibilities

Dwar- Aġenzija Sapport

 

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti li għandu d-dipartiment/direttorat/entità (inklużi dokumenti ta’ eżenzjoni)

  • Dokumentazzjoni tal-Klijenti
  • Dokumentazzjoni tar-Riżorsi Umani
  • Rekords relatati mal-iżvilupp u r-reviżjoni tal-politika inklużi talbiet għal riċerka.

 

 

Deskrizzjoni tal-manwali u tipi simili ta’ dokumenti kollha li fihom politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida fi qbil ma’ liema deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet isiru b’rispett għal membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom)

Qafas ta’ Politika li jinkludi politiki applikabbli għall-pubbliku ġenerali:

  • Politika 7 – Theddid u Imġiba Vjolenti lejn l-Utenti tas-Servizz
  • Politika 14 – Politika dwar Opportunitajiet Indaqs
  • Politika 16 – Politika dwar ir-Reklutaġġ
  • Politika 17 – Politika dwar Studenti fi Pjazzamenti
  • Politika 43 – Politika dwar il-Protezzjoni u ż-Żamma tad-Data
  • Politika 45 – Politika dwar is-Sorveljanza bis-CCTV

 

Manwali tal-Proċeduri (MOPs):

  • MOP – Flotta ta’ Aġenzija Sapport
  • MOP – Proċedura ta’ Manutenzjoni Preventiva
  • MOP – Tim Konsultattiv Professjonali għall-Prevenzjoni
  • MOP – Servizzi ta’ Matul il-Jum
  • MOP – Is-Servizz My Programme
  • MOP – Ftehim tal-NGOs
  • MOP – Is-Servizz Supported Independent Living
  • MOP – Is-Servizzi ta’ Ħidma Soċjali

 

Direttivi:

  • Direttiva 3 – Eliminazzjoni tar-Rekwiżit għall-Produzzjoni ta’ Ftehim dwar l-Istat Ċivili
  • Direttiva 4.2 – Standards għas-Servizz ta’ Eċċellenza offrut mill-Amministrazzjoni Pubblika lill-Pubbliku u lill-Impjegati Pubbliċi
  • Direttiva 6.1 – Eżerċizzji ta’ Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati
  • Direttiva 7.3 – Delega ta’ Awtorità biex twettaq ir-Reklutaġġ, il-Promozzjonijiet u r-Relazzjonijiet Industrijali fis-Settur Pubbliku
  • Direttiva 16 – Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika

 

 

Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li trid tkun disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jiksbu aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, liema dikjarazzjoni ser tinkludi dettalji tal-uffiċjal jew uffiċjali li lilu/hom għandhom jintbagħtu talbiet għal tali aċċess

L-uffiċjali tal-FOI ta’ Aġenzija Sapport jistgħu jiġu kkuntattjati permezz ta’ email fuq foi.sapport@gov.mt jew bit-telefown +356 22568000.

 

It-talbiet lill-FOI jistgħu jintbagħtu b’email lil foi.sapport@gov.mt permezz tal-Portal tal-FOI www.foi.gov.mt permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola online.

 

 

Dettalji għal Proċeduri Interni għall-Ilmenti

Applikant li t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi rrifjutata, jew li b’xi mod ieħor ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, bil-format tagħha jew bl-estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tiġix issodisfata jew le, jista’ jindirizza lment lill-Awtorità.

 

L-ilment għandu jiġi indirizzat lill-Uffiċjal tal-FOI tal-Awtorità, li għandu jressaq l-ilment għall-attenzjoni tal-uffiċjal responsabbli. L-uffiċjal responsabbli għandu jwieġeb lill-applikant fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-ilment. L-applikant għandu jiġi infurmat ukoll li jista’ jappella d-deċiżjoni jew inkella jindirizza lment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta’ Malta).

L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ilment tiegħu, u fil-każ ta’ konferma ta’ deċiżjoni li ma tiġix rilaxxata l-informazzjoni pertinenti, għandu jispjega r-raġunijiet għal dan. Kull meta l-ilment tal-applikant ikun relatat mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew ma’ estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tiġix sodisfata mill-Awtorità jew le, u d-deċiżjoni oriġinali tiġi rrispettata, l-applikant għandu jingħata spjegazzjoni dwar għaliex l-ilment tiegħu ma jistax jiġi indirizzat b’mod pożittiv.

 

Applikant jista’ jagħmel użu wkoll mill-Proċedura Interna għall-Ilmenti biex jirrapporta nuqqas li jintlaħqu l-iskadenzi jew biex jintbagħtu n-notifiki. F’dawk il-każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni tista’ tiġi sodisfata iżda ma tkunx ġiet sodisfata sal-iskadenzi speċifikati mill-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jirrinunzja għal kwalunkwe tariffa applikabbli għas-sottomissjoni tal-informazzjoni.

 

 

Informazzjoni Oħra

L-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi lill-Awtorità Pubblika permezz ta’ email lil foi.sapport@gov.mt permezz tal-portal FOI www.foi.gov.mt mt permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola online.

 

Aktar informazzjoni fir-rigward tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tinstab fuq www.foi.gov.mt.

 

 

Dettalji tal-Kuntatt tal-Awtorità Pubblika

Kuntatti – Aġenzija Sapport