Dwarna

Il-Missjoni Tagħna

Aġenzija Sapport hi l-Aġenzija Nazzjonali f’Malta li toffri u tipprovdi servizzi professjonali, għajnuna u gwida lil persuni b’diżabilità, lill-familjari u lill-komunità tagħhom.

Il-Kawża Tagħna

Biex nassistu persuni b’diżabilità jilħqu ekwitabilità soċjali.

Il-kawża tal-Aġenzija hi li tkun xprun fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD), u tikkollabora mal-persuni b’diżabilità biex jinħolqu servizzi u mezzi aċċessibbli li jippermettulhom igawdu d-drittijiet u l-libertajiet tagħhom b’mod sħiħ, jgħelbu sfidi soċjali u jilħqu ekwità fis-soċjetà.
Storja

F’Awwissu tal-2001, twaqqfet is-Supported Living Divison fil-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali fi ħdan dak li kien il-Ministeru għall-Politika Soċjali. L-għan tagħha kien li tistabbilixxi prinċipji, valuri u strateġiji biex toffri servizzi lill-persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom. Din it-Taqsima kienet tieħu ħsieb persuni b’diżabilità severa ħafna, persuni b’diżabilità f’riskju li jiddaħħlu f’xi istituzzjoni, żgħażagħ b’diżabilità li diġà kienu jgħixu f’xi istituzzjoni minħabba nuqqas ta’ akkomodazzjoni oħra, u persuni b’diżabilità bi bżonnijiet kbar.

L-istrateġija ewlenija tat-Taqsima kienet li l-persuni b’diżabilità jingħataw sostenn aktar mill-kura, sabiex ikunu jistgħu jsiru indipendenti kemm jista’ jkun, ikomplu jgħixu fil-komunità u jirċievu l-għajnuna kif u meta jkun meħtieġ. Sal-lum, dawn il-valuri għadhom fil-qalba tal-Aġenzija.

It-Taqsima saret Aġenzija fi Frar 2003, bl-isem ta’ Aġenzija Sapport, kif għadha magħrufa sal-lum. Aġenzija Sapport saret aġenzija awtonoma f’April 2016 permezz ta’ Avviż Legali (L.N. 104 tal-2016).

Marka ta’ Kwalità

Aġenzija Sapport ingħatat Marka ta’ Kwalità mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, inizjattiva tal-Unjoni Ewropea li tippermetti żgħażagħ juru solidarjetà mal-komunitajiet fil-pajjiż rispettiv tagħhom kif ukoll barra minn xtuthom.

Il-premju ngħata wara li l-Aġenzija għaddiet minn proċess ta’ assessjar biex ikun żgurat li għandha struttura kapaċi li toffri servizzi ta’ kwalità, u li qed taħdem biex aktar persuni b’diżabilità jiġu inklużi fis-soċjetà.
Permezz ta’ dan il-premju, aktar voluntiera barranin għandhom l-opportunità jingħaqdu mal-Aġenzija, b’mod speċjali mas-servizz Sharing Lives, bħala voluntiera.

Il-Marka ta’ Kwalità ngħatat fl-2022 u hija valida għal 3 snin.

Agħfas fuq din il-ħolqa għal aktar informazzjoni dwar is-servizz ta’ voluntiera tal-Aġenzija, Sharing Lives.

Aqra aktar

WHO WE ARE

Managers

Services Manager (ICLM, Family Support Unit, Intake Team & Social Work)
http://Envelope%20iconMs Maria Theresa Aquilina
Services Manager (Day Services & Way to Work)
http://Envelope%20iconMs Elvira Psaila
Services Manager (My Programme, Sharing Lives & Transition)
http://Envelope%20iconMs Lorraine Polidano
Services Manager (STILC, ACTU & Sign Language Interpretation)
http://Envelope%20iconMr Jonathan Formosa Vella​
Services Manager (Supported Independent Living & Service Providers’ Monitoring Team)
http://Envelope%20iconMs Sarah Buhagiar
Customer Support & Schemes
http://Envelope%20iconMS CHRISTINE SANT
Professional Advisory and Prevention Manager
http://Envelope%20iconMs Adreana Sammut
Quality Audit, Risk, Research & Innovation Manager
http://Envelope%20iconMs Bianca Caruana​
Finance Manager
http://Envelope%20iconMs Donalise Ellul
Administration Manager
http://Envelope%20iconMr Giancarlo Farrugia
Strategic Marketing & International Relations Manager
http://Envelope%20iconMs Rosalie Vella Piscopo
Change Manager
http://Envelope%20iconMr Gabriel Pullicino
Operations & IT Manager
http://Envelope%20iconMr Kenny Muscat
Procurement Manager
http://Envelope%20iconMS STEPHANIE GRECH
Skip to content