Data: 2 ta’ Diċembru 2025

Post: Villa Arrigo, Naxxar

Ħin: 08:00 – 14:30

Konferenza nazzjonali

Aġenzija Sapport għandha l-pjaċir tħabbar il-konferenza nazzjonali Ħajti: Żvilupp ta’ Qafas Nazzjonali għal Sapport Individwalizzat Matul il-Ħajja għall-Persuni b’Diżabilità, li ser iġġib flimkien esperti lokali u barranin għal diskussjoni dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ sapport individwalizzat (ISPs) għall-persuni b’diżabilità.

 

Din il-konferenza hi intenzjonata sabiex toħloq pjattaforma għal djalogu li tispira tibdil kif pjanijiet ta’ sapport individwalizzat jiġu żviluppati u applikati tul il-ħajja ta’ persuni b’diżabilità. Il-konferenza ser titfa’ dawl fuq l-importanza ta’ kollaborazzjoni bejn il-professjonisti minn diversi setturi – is-soċjal, l-edukazzjoni, u s-saħħa – sabiex ikun assigurat li l-pjanijiet ta’ sapport jibqgħu dinamiċi, ibbażati fuq evidenza, u li jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabilità.

 

Il-parteċipanti ser jibbenefikaw minn plenarji u panel ta’ diskussjoni, kif ukoll testimonjanzi ta’ persuni b’diżabilità kif ukoll familjari, li ser joffru kemm perspettiva professjonali kif ukoll esperjenzi.

 

Il-konferenza ser tkun primarjament bil-Malti, b’interventi bl-Ingliż minn kelliema internazzjonali. Ser ikun provdut servizz ta’ traduzzjoni.

Min għandu jattendi:

  • Checkmark Professjonisti li jaħdmu fl-oqsma soċjali, edukattivi u tas-saħħa, fost l-oħrajn
  • Checkmark Persuni b’diżabilità
  • Checkmark Familjari u rappreżentanti ta’ persuni b’diżabilità

KIF TIRREĠISTRA:

Parteċipazzjoni f’din il-konferenza hi mingħajr ħlas iżda reġistrazzjoni hi neċessarja.

Imla l-Formola ta’ Reġistrazzjoni online aċċessibbli mill-ħolqa hawn taħt.
Reġistrazzjoni hi miftuħa sal-Ġimgħa 7 ta’ Novembru.

Agħfas din il-ħolqa biex tirreġistra

Programm preliminari

08:00

Reġistrazzjoni

09:00

Indirizz tal-ftuħ

Onor. Julia Farrugia, Ministru tal-Inklużjoni u l-Volontarjat

09:15

Sapport individwalizzat tul il-ħajja

Oliver Scicluna – Kap Eżekuttiv, Aġenzija Sapport

10:00

Plenarju

Estelle Houtart – Policy Assistant, European Association of Service Providers for Persons with Disability

10:30

Mistoqsijiet moderati

10:45

Waqfa għall-kafè

11:15

Plenarju

Theresa Shearer – Chief Executive Office, Enable Scotland

11:45

Diskussjoni

Nindirizzaw in-Nuqqasijiet: Lejn pjan individwalizzat li jiffoka fuq il-bżonnijiet kollha tal-persuna tul il-ħajja

13:00

Mistoqsijiet moderati

13:30

Konklużjoni

13:45

Bibita

Skip to content