Grazzi lil kull min attenda l-konferenza ta’ Aġenzija Sapport fit-2 ta’ Diċembru 2025, b’kollaborazzjoni ma’ EASPD għall-Jum Internazzjonali ta’ Persuni b’Diżabilità. Il-parteċipazzjoni, kontribuzzjonijiet u energija tagħkhom taw sinifikat ikbar lil dan l-avveniment.

Konferenza nazzjonali

Aġenzija Sapport organizzat il-konferenza nazzjonali Ħajti: Żvilupp ta’ Qafas Nazzjonali għal Sapport Individwalizzat Matul il-Ħajja għall-Persuni b’Diżabilità, fejn resqet flimkien esperti lokali u barranin għal diskussjoni dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ sapport individwalizzat (ISPs) għall-persuni b’diżabilità.

 

Din il-konferenza ħolqot pjattaforma għal djalogu li tispira tibdil dwar kif pjanijiet ta’ sapport individwalizzat jiġu żviluppati u applikati tul il-ħajja ta’ persuni b’diżabilità. Il-konferenza tefgħet dawl fuq l-importanza ta’ kollaborazzjoni bejn il-professjonisti minn diversi setturi – is-soċjal, l-edukazzjoni, u s-saħħa – sabiex ikun assigurat li l-pjanijiet ta’ sapport jibqgħu dinamiċi, ibbażati fuq evidenza, u li jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabilità.

 

Il-parteċipanti bbenefikaw minn plenarji u panel ta’ diskussjoni, kif ukoll testimonjanzi ta’ persuni b’diżabilità kif ukoll familjari, li offrew kemm perspettiva professjonali kif ukoll esperjenzi.

 

 

 

B’kollaborazzjoni ma’

EASPD_logo

Programm

08:00

Reġistrazzjoni

09:00

Indirizz tal-ftuħ

Onor. Julia Farrugia, Ministru tal-Inklużjoni u l-Volontarjat

09:15

It-triq ’il quddiem għal sapport individwalizzat tul il-ħajja

Oliver Scicluna – Kap Eżekuttiv, Aġenzija Sapport

09:45

Il-mudell tal-Assistenza Personali ta’ Enable

Katie McVey – Chief Operating Officer, Enable

10:15

Mistoqsijiet moderati

10:35

Minn pjanijiet individwali ta’ sapport statiċi għal sapport ħaj
Prof. Alexiei Dingli

11:05

Waqfa għall-kafè

11:30

Diskussjoni

Nindirizzaw in-Nuqqasijiet: Lejn pjan individwalizzat li jiffoka fuq il-bżonnijiet kollha tal-persuna tul il-ħajja

12:30

Mistoqsijiet moderati

13:00

Għajxien Indipendenti: Qafas internazzjonali u aġġornamenti tal-politika tal-Unjoni Ewropea

Estelle Houtart – Policy Assistant, European Association of Service Providers for Persons with Disabilities

13:20

Konklużjoni

13:45

Bibita

KELLIEMA u MEMBRI TAL-PANEL

Skip to content