Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, li jiffoka fuq il-benesseri tal-impjegati, imexxi l-isforzi tal-Aġenzija biex tirrekluta, tiżviluppa u żżomm forza tax-xogħol li tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni dinamika.
Sejħiet miftuħa:
Għaliex għandek tingħaqad ma’ Aġenzija Sapport?
-
Tagħmel differenza fil-ħajja tal-klijenti
-
Karriera sodisfaċenti
-
Post tax-xogħol inklussiv
-
Żvilupp professjonali kontinwu
-
Allowances speċjali
-
Opportunità biex tikber
-
Esperjenza ta’ xogħol inkredibbli!!!
L-impjegati ta’ Aġenzija Sapport huma kkunsidrati bħala r-riżorsa ewlenija tal-Aġenzija u l-impjegati jistgħu jibbenefikaw minn għadd ta’ benefiċċji – fejn applikabbli, inklużi:
- Taħriġ
- Avvanzi fil-karriera
- Programm ta’ Assistenza għall-Impjegati
- Programm ta’ Appoġġ għall-Impjegati
- Leave għall-istudju
- Sigħat flessibbli / imnaqqsa
- Ftehim kollettiv
- Miżuri favur il-familja
- Post tax-xogħol inklużiv
- Inizjattivi għall-benesseri tal-impjegati
- Kollaborazzjonijiet internazzjonali
- Allowances oħrajn
KIF TISTA’ TAPPLIKA
Aġenzija Sapport tħaddem politika ta’ opportunitajiet indaqs u tistinka biex timpjega ħaddiema li għandhom l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet xierqa għad-diversi opportunitajiet ta’ xogħol li jinħolqu fi ħdan l-Aġenzija.
- Il-kriterji ta’ eliġibilità ta’ kull opportunità ta’ impjieg ivarjaw. Wieħed għandu jiċċekkja d-deskrizzjoni tal-impjieg biex jara l-kriterji ta’ eliġibilità għal kwalunkwe rwol partikolari.
- L-Aġenzija ssegwi l-qafas tal-MQRIC (Malta Qualifications Recognition Information Centre) kemm għall-kwalifiki akkademiċi kif ukoll vokazzjonali u korsijiet akkreditati.
- F’xi pożizzjonijiet, hija meħtieġa esperjenza preċedenti. Id-dokumentazzjoni meħtieġa għal kull pożizzjoni hija differenti u hija elenkata fid-deskrizzjoni tas-sejħa rispettiva, li teħtieġ li tiġi mibgħuta flimkien ma’ formola tal-applikazzjoni.
Jekk interessat li tissottometti applikazzjoni għal sejħa miftuħa, agħfas fuq is-sejħa rispettiva hawn fuq biex tmur fis-sit tal-applikazzjonijiet.
Dokumenti meħtieġa:
CV
Ittra ta’ motivazzjoni
L-istorja tal-impjieg (link għal Jobsplus)
Kondotta tal-pulizija
Kopja taċ-ċertifikati
Informazzjoni għall-applikanti għall-impjieg
Wara d-data tal-iskadenza, l-applikanti kollha ser jiġu kkuntattjati permezz ta’ email biex jew jintalbu jattendu għal intervista jew jiġu infurmati li l-applikazzjoni ma tistax tiġi pproċessata aktar.
Bord tal-għażla jintgħażel mill-Kap Eżekuttiv
L-intervista se tkopri:
- Is-CV
- Il-ħiliet meħtieġa għal dak ir-rwol partikolari
- Il-mistoqsijiet ibbażati fuq il-kompetenza
- Il-valuri tal-Aġenzija
Peress li l-biċċa l-kbira tar-rwoli fi ħdan l-Aġenzija jittrattaw persuni vulnerabbli, aħna nenfasizzaw ir-responsabilitajiet u l-istandards etiċi meħtieġa.
L-għażla għar-rwol tiddependi fuq:
- Referenza sodisfaċenti
- Verifiki tad-diliġenza dovuta
- Prova tal-kwalifiki ppreżentati
- Prestazzjoni matul l-intervista
L-applikanti jiġu kkuntattjati bi tweġiba
Merħba abbord!! Ladarba tingħaqad mal-Aġenzija, inti ser tattendi Programm ta’ Taħriġ biex tkun infurmat dwar l-istruttura u l-politiki tal-Aġenzija kif ukoll is-servizzi offruti mill-Aġenzija.
Testimonials
Human Resources: People Management and Employee Well-Being ħinijiet tal-ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 08:00 – 16:00
Is-Sibt, il-Ħadd u l-Festi Pubbliċi: Mhux disponibbli
Indirizz: Aġenzija Sapport, Professional Development Centre, Triq il-Ħarrub, Santa Venera SVR 9018
Għal direzzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa
Għal aktar informazzjoni dwar din l-iskema, wieħed għandu jibgħat email fuq recruitment.sapport@gov.mt