Il-Family Assistance Support Team jipprovdi assistenza lil familji ta’ tfal li għandhom diżabilitajiet. L-għan primarju ta’ dan is-servizz huwa li jipprovdi għajnuna finanzjarja, f’forma ta’ sussidju, lill-familji sabiex ikunu jistgħu jimpjegaw persuna tal-għażla tagħhom. L-irwol priċipali ta’ dan l-individwu hu li jassisti fil-bżonnijiet ta’ kuljum relatati mar-rekwiżiti speċifiċi tat-tfal b’diżabilità.
Permezz ta’ din l-iskema, familji jingħataw sostenn biex ilaħħqu mal-bżonnijiet kumplessi u varji marbuta mad-diżabilitajiet. L-għan tal-assistenza li tiġi pprovduta mhix biss biex ittaffi mir-responsabilitajiet tal-kura ta’ kuljum, imma wkoll biex tgħin tfal b’diżabiità jipparteċipaw f’attivitajiet soċjali fil-komunità. Bil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva u inklussiva, l-iskema tgħin tgħin lit-tfal iħossuhom parti minn u jinkludu lilhom infushom fil-komunità.
Allinjament mal-prinċipji Internazzjonali u Nazzjonalii
Il-Family Assistance Support Scheme hi mibnija fuq il-prinċipji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD), partikolarment l-Artikolu 19. Dan l-artiklu jenfasizza d-dritt tal-persuni b’diżabilità li jgħixu b’mod indipendenti u li jkunu inklużi fil-komunità. Barra minn hekk, l-iskema timxi mal-għanijiet imfissra fl-Istrateġija Nazzjonali ta’ Malta għad-Diżabilità, sabiex jiġi żgurat li dan l-approċċ jibqa’ konsistenti kemm mal-impennji internazzjonali u l-politika nazzjonali.