Persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw għall-Karta Ewropea tad-Diżabilità ma’ Aġenzija Sapport.
Il-Karta Ewropea tad-Diżbilità hi dokument li permezz tiegħu, persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw għal diversi servizzi u benefiċċji.
Dan id-dokument jista’ tintuża anke meta wieħed jkun qed iżur wieħed minn dawn il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea – il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, l-Italja, is-Slovenja u r-Rumanija.
Wieħed jista’ japplika għal dokument ġdid jew jagħmel talba sabiex iġedded id-dokument billi jissottometti applikazzjoni online mis-sit www.eudisabilitycard.org.mt.
Agħfas din il-ħolqa biex iżżur is-sit tal-Karta Ewropea tad-Diżbilità.
Wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-Helpline tal-Aġenzija fuq il-Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.