Il-Professional Advisory Prevention Team (PAPT) huwa tim multidixxiplinari li għandu għarfien professjonali u esperjenza ta’ diversi snin ta’ ħidma ma’ persuni b’diżabilità.
It-tim jiffoka fuq:
- Konsultazzjonijiet fuq l-indirizzar ta’ sfidi speċifiċi, partikolarment dawk relatati ma’ mġiba preokkupanti, u relazzjonijiet u sesswalità.
- Sessjonijiet ta’ taħriġ dwar kwistjonijiet fl-oqsma ta’ mġiba preokkupanti, u relazzjonijiet u sesswalità.
- Sessjonijiet individwali ma’ persuni b’diżabilità mfassla għall-bżonnijiet tagħhom rigward imġiba preokkupanti, u relazzjonijiet u sesswalità.
- Sessjonijiet ta’ informazzjoni u workshops ma’ partijiet ikkonċernati oħra li jkopru suġġetti relatati ma’ mġiba preokkupanti, relazzjonijiet u sesswalità, u kwistjonijiet relatati.