![]()
Bi pjaċir inħabbru li t-Taqsima SkillUp fi ħdan Aġenzija Sapport ġiet nnominat bħala finalista fil-kategorija Disability and Accessibility in Social Services tal-European Social Services Awards 2026, organizzata mill-ESN.
It-Taqsima SkillUp ġiet rikonixxuta għas-sehem tagħha fejn tħejji individwi b’ħiliet essenzjali tal-ħajja u tad-dinja tax-xogħol, waqt li tagħti sostenn għall-parteċipazzjoni attiva fil-komunità tagħhom.
Issa f’idejn il-pubbliku: il-votazzjoni miftuħa mit-30 ta’ Settembru sas-26 ta’ Ottubru, u kull vot jgħin sabiex inkomplu nagħtu r-rikonoxximent mistħoqq lix-xogħol u lill-persuni li tassisti.
Ivvota għalina mis-sit uffiċċjali, u nħeġġuk tqassam din l-informazzjoni sabiex tgħinna nxerrdu l-kelma.
Segwi l-passi li jmiss biex tivvota:
- Agħfas din il-ħolqa tas-sit eletroniku tal-European Social Services Awards
- Ikteb l-indirizz tal-email tiegħek
- Immarka l-kaxxa tal-kunsens
- Agħfas Verify
- Ser tirċievi email. Minn din l-email agħfas here
- Ser tinfetaħ paġna ġdida
- Niżżel sa ma ssib Category 8: Disability and Accessibility in Social Services Award u agħżel SkillUp – Supporting Persons with Disabilities to Live Independently
- Agħfas Lock in Vote
Persuna tista’ tivvota darba biss.
Votazzjoni miftuħa sas-26 ta’ Ottubru 2026.
(SkillUp ġie nnominat ukoll fil-kategorija Headline Jury Award for Social Inclusion. Din il-kategorija mhix miftuħa għal-votazzjoni pubblika.)
Ir-rebbieħa jitħabbru waqt iċ-ċerimonja tal-European Social Services Awards fid-19 ta’ Novembru f’Ruma, l-Italja.
