Bi pjaċir inħabbru li t-Taqsima SkillUp fi ħdan Aġenzija Sapport ġiet nnominat bħala finalista f’żewġ kategoriji, tal-European Social Services Awards 2026, organizzata mill-ESN.
- Disability and Accessibility in Social Services
- Headline Jury Award for Social Inclusion
It-Taqsima SkillUp ġiet rikonixxuta għas-sehem tagħha fejn tħejji individwi b’ħiliet essenzjali tal-ħajja u tad-dinja tax-xogħol, waqt li tagħti sostenn għall-parteċipazzjoni attiva fil-komunità tagħhom.
Il-votazzjoni issa magħluqa.
Ir-rebbieħa jitħabbru waqt iċ-ċerimonja tal-European Social Services Awards fid-19 ta’ Novembru f’Ruma, l-Italja.
![]()
