Aġenzija Sapport tiffaċilita esperjenzi ta’ volontarjat ma’ persuni b’diżabilità. Il-voluntiera jistgħu jingħaqdu mas-servizz tal-Aġenzija – Sharing Lives – biex jagħtu ftit mill-ħin tagħhom biex joħolqu attivitajiet u jappoġġjaw lill-persuni b’diżabilità fil-komunità.
Il-voluntiera ta’ Sharing Lives jiġu minn kull qasam tal-ħajja – studenti, pensjonanti, membri ta’ organizzazzjonijiet volontarji oħra u individwi li jagħtu ftit mill-ħin tagħhom.