Access to Communication and Technology Unit (ACTU)

Ħarsa Ġenerali

L-Access to Communication and Technology Unit (ACTU) joffri servizzi lill-individwi li għandhom bżonnijiet ta’ komunikazzjoni ta’ natura kumplessa, diffikultajiet fiżiċi u/jew sensorjali, bżonnijiet ta’ assistenza biex jitkellmu, tal-lingwa u tal-komunikazzjoni, u/jew diżabilitajiet fit-tagħlim, u lill-familji tagħhom. L-ACTU jassessja, joffri appoġġ u jagħti pariri, jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-komunikazzjoni u t-teknoloġija, u jimplimenta interventi u taħriġ.

Dan is-servizz jingħata mill-Ispeech & Language Therapists u mill-Occupational Therapists u jiġi assistit ukoll minn Support Worker.

 

L-ACTU joffri żewġ servizzi:

  1. Augmentative and Alternative Communication (AAC). Is-servizz tal-AAC jipprovdi sapport lil individwi li għandhom diffikultajiet ta’ komunikazzjoni ta’ natura kumplessa (Complex Communication Needs) minħabba li ma jitkellmux jew inkella ma jinftiehmux meta jitkellmu. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa biex jassessja u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal sistemi ta’ AAC u jagħti għajnuniet u aċċess għalihom. L-ACTU jappoġġja wkoll lill-familji u lill-professjonisti fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe għajnuna għall-komunikazzjoni rakkomandata.
  2. Electronic Assistive Technology (EAT). Is-servizz tal-EAT jipprovdi assessjar biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi sabiex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jaċċessaw il-kompjuter kif ukoll assessjar tal-ambjent tal-persuna.

 

Information Day Service

L-ACTU joffri wkoll is-servizz ta’ sessjonijiet informattivi fuq ġurnata fuq bażi perjodika għal dawk li għandhom aktar minn 16-il sena u jixtiequ jiddiskutu l-bżonnijiet ta’ AAC/EAT. Dan is-servizz huwa ideali wkoll għal dawk li mhumiex eliġibbli għas-servizz prinċipali, iżda jixtiequ pariri dwar l-istrateġiji AAC/EAT li jistgħu jaqdu l-bżonnijiet tagħhom. Din hija opportunità għal laqgħa ta’ siegħa ma’ Occupational Therapist (OT) u/jew ma’ Speech and Language Therapist (SLT) mit-tim tal-ACTU.

 

Eliġibilità

Eliġibilità għas-servizz tal-AAC

Għal riferimenti għal assessjar għal sistema/i AAC, il-kriterji ta’ eliġibilità għal tfal u żgħażagħ huma kif ġej:

  • Tfal taħt l-età ta’ 16-il sena b’diżabilitajiet fiżiċi u/jew sensorjali, bżonnijiet kumplessI ta’ komunikazzjoni (CCN), ħtiġijiet tad-diskors, lingwa u komunikazzjoni (SLCN) u/jew diżabilitajiet fit-tagħlim, jistgħu jiġu riferuti għal dan is-servizz.
  • It-tfal iridu jkunu kisbu lil hinn mill-iżvilupp tal-kawża u l-effett u jkunu kapaċi jagħmlu għażla bejn żewg stampi li jintalbu b’intenzjoni.
  • Għandhom juru wkoll evidenza ta’ implimentazzjoni ta’ sistemi AAC (jistgħu jkunu ta’ teknoloġija baxxa jew teknoloġija għolja).

 

Eliġibilità għas-servizz tal-EAT

Tfal taħt l-età ta’ 16-il sena jistgħu jiġu referuti għall-ACTU minn professjonist jew minn membru tal-Ischool Management Team. Tfal ikunu eliġibbli għal assessjar ta’ EAT jekk jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

  • Tfal taħt l-età ta’ 16-il sena jrid ikollhom diżabilità fiżika sinifikanti, speċjalment diżabilità fid-dirgħajn ta’ fuq li minħabba fiha, ma jkunux jistgħu jużaw kontrolli standard bħal, pereżempju, maws tal-kompjuter, tastieri, touch screens, mowbajls u/jew remote controls.
  • Irid ikollhom kapaċità konjittiva biex iħaddmu tagħmir ta’ Kontroll Ambjentali (Environment Control) b’mod konsistenti.
  • Iridu jkunu kapaċi juru motivazzjoni biex jużaw it-tagħmir ta’ EC.
  • Jekk it-tifel/tifla jiġi/tiġi dijanjostikat(a) b’kundizzjoni varjabbli (eż. kundizzjoni newroloġika progressiva), il-kriterji msemmija hawn fuq jistgħu jiġu applikati fir-rigward tal-bżonnijiet u l-abilitajiet antiċipati tat-tifel/tifla f’perjodu ta’ żmien klinikament xieraq. Ir-riferimenti jistgħu jiġu aċċettati fuq din il-bażi.

 

Dawn il-kriterji ta’ esklużjoni japplikaw ukoll għas-servizz tal-EAT:

  • F’sitwazzjonijiet fejn huma disponibbli u xierqa soluzzjonijiet mhux speċjalizzati għall-bżonnijiet identifikati tat-tifel/tifla eż. l-użu ta’ tastiera u maws standard, ir-riferiment għall-ACTU mhuwiex meħtieġ.

 

 

Information Day Service

L-ACTU joffri wkoll is-servizz ta’ sessjonijiet informattivi fuq ġurnata fuq bażi perjodika għal dawk li għandhom aktar minn 16-il sena u li jixtiequ jiddiskutu l-bżonnijiet ta’ AAC/EAT.

L-appuntamenti biex jiġu diskussi l-bżonnijiet ta’ AAC iridu jsiru mill-Speech and Language Therapist tal-klijent. Dan huwa importanti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-AAC li jingħata u/jew tal-istrateġiji wara l-konsultazzjoni. Il-klijenti li diġà jagħmlu użu minn għajnuna għall-komunikazzjoni jistgħu jitolbu appuntament huma stess. L-appuntamenti għal EAT jistgħu jsiru mill-klijent stess jew mill-Occupational Therapist / Physiotherapist / Speech and Language Therapist / edukatur tiegħu.

Riferimenti

Riferimenti għas-servizz tal-Augmentative and Alternative Communication (AAC)

Ir-riferiment għandu jsir mill-Ispeech and Language Therapist. Jekk inti edukatur li tixtieq tagħmel riferiment għal AAC, jekk jogħġbok kellem lill-Ispeech and Language Therapist tat-tifel/tifla.

 

 

Riferimenti għas-servizz tal-Electronic Assistive Technology (EAT)

Ir-riferimenti jiġu aċċettati mill-Occupational Therapist jew mill-Fiżjoterapista jew mill-Ispeech and Language Therapists tat-tifel/tifla. Membru tal-Ischool Senior Management Team jista’ wkoll jagħmel riferimenti għal EAT.

 

 

Riferimenti minn professjonisti

Professjonisti li jixtiequ jirreferu klijent jistgħu jniżżlu l-formola tal-applikazzjoni u jeħduha personalment jew jibgħatuha bil-posta fl-indirizz t’hawn taħt. Tista’ tniżżel il-linji gwida biex jgħinuk timla l-formola.

Agħfas fuq din il-ħolqa biex tniżżel kopja tal-Formola (Referral Form: Children and Young People)

Agħfas fuq din il-ħolqa biex tniżżel kopja tal-gwida (Guidelines for completing the ACTU Referral Form)

Agħfas fuq din il-ħolqa biex tniżżel kopja tal-Formola (ACTU re-Referral for previously known ACTU clients: AAC Service)

 

Formoli għall-Information Day Service

Dawk interessati fis-servizz tal-Information Day Service jistgħu jniżżlu l-formola tal-applikazzjoni u jeħduha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz t’hawn taħt:

Agħfas fuq din il-ħolqa biex tniżżel kopja tal-Formola tar-Riferiment għall-Information Day tal-ACTU – Professjonist

Agħfas fuq din il-ħolqa biex tniżżel kopja tal-Formola tar-Riferiment għall-Information Day tal-ACTU – Adult / klijenti li diġà jagħmlu użu minn ACTU

 

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ACTU:

It-Tnejn: 08:00 – 16:00

It-Tlieta – il-Ġimgħa: 08:00 – 14:30

Is-Sibt, Il-Ħadd u l-Festi Pubbliċi: Mhux disponibbli

 

Indirizz: Access to Communication & Technology Unit (ACTU), Ċentru Pastorali Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Biżantini, Qrendi QRD 1802.
Għal direzzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-servizz, wieħed jista’ jibgħat email fuq actu.sapport@gov.mt​ jew iċempel fuq (+356) 2165 3991(+356) 7713 2310.

 

Agħfas fuq din il-ħolqa għall-Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) dwar dan is-servizz

Taħriġ u workshops li ġejjin (English)

ACTU would like to announce their training and workshops schedule for 2025. If you are interested to know more, follow the links below for more information and registration form.

 

  • AAC Q&A Clinic 
    Are you a parent or a professional working with an AAC user and would like to troubleshoot some challenges you are encountering? Do you want to increase your communication partner skills to support the child you are working with to become a better communicator? Then book this session to ask your question and learn more!
    Date: 15th October 2025
    Time: 09:00am till 10:30am
    Location: ACTU, Centru Pastorali Qalb ta’ Gesu, Triq il- Bizantini, Qrendi.
    Deadline: 8th October 2025
    Click this link for more information on AAC Q&A Clinic workshop

 

  • AAC Goal Setting
    Are you an educator who is struggling to implement AAC strategies in the school and classroom? Do you form part of a Senior Leadership Team and feel that your educators are finding it difficult to support AAC in the classroom? Or maybe you are an educator who needs to know more about setting goals in the IEP. Then this training is for you. This workshop is aimed to move beyond the basics of AAC and focus on considering language development, vocabulary selection, setting functional and academic communication goals, as well as identifying communication opportunities as part the IEP.
    Date:
    30th October 2025
    Time: 09:00am till 1:00pm
    Location: The Meeting Place, Triq Dom Mintoff, Marsa
    Deadline: 23rd October 2025
    Click this link for more information on AAC Goal Setting workshop

 

  • AAC Implementation Strategies
    Are you an educator, early interventionist, or other professional who is struggling to implement AAC strategies in the school and classroom? Do you form part of a Senior Leadership Team and feel that your educators are finding it difficult to support AAC in the classroom? Then this training is for you. This workshop aims to give you basic AAC strategies that you can implement with any AAC user. The workshop will also highlight evidence-based strategies including aided language input, descriptive teaching, and language expansion that can be used to implement AAC across the school day.
    Date:
    17th November 2025
    Time: 09:00am till 1:00pm
    Location: The Meeting Place, Triq Dom Mintoff, Marsa
    Deadline: 10th November 2025
    Click this link for more information on AAC Implementation Strategies workshop

 

  • Alternative Pencils: Making Writing Accessible for All Learners

    This practical and engaging training introduces the concept of alternative pencils—tools that allow students who cannot use traditional writing instruments to access the alphabet and participate meaningfully in writing activities. Designed for professionals working with learners who have significant disabilities, this session explores a wide range of tools, from eye gaze boards and partner-assisted scanning to switch-based keyboards and AAC-integrated systems.

    Participants will gain a clear understanding of what alternative pencils are, why they are essential, and how to use them to support student access to written expression. Case study examples, tool demonstrations, and guided discussion will equip attendees with the knowledge needed to take the first steps in implementing alternative pencils.

    Date: 19th November 2025
    Time: 09:00am till 12:00pm
    Location: The Meeting Place, Triq Dom Mintoff, Marsa
    Deadline: 12th November 2025
    Click this link for more information on Alternative Pencils: Making Writing Accessible for All Learners workshop

Skip to content