Aġenzija Sapport toffri servizz ta’ Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali. Dan is-servizz huwa disponibbli għall-komunikazzjoni bejn D/deaf/hard-of-hearing, li jużaw il-Lingwa tas-Sinjali Maltija (LSM) u individwi li mhumiex fluwenti f’din il-lingwa. Ir-rwol tal-interpretu tal-lingwa tas-sinjali hu li jinterpreta bejn il-lingwa mitħaddta (Malti u Ingliż) u LSM, u viċi versa.
Is-servizzi ta’ interpretazzjoni huma offruti sabiex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum u għalhekk jinkludu varjetà ta’ setturi li jkomplu jorbtu lil Malta mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Dawn is-setturi jinkludu (iżda mhumiex limitati għal) l-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, il-liġi u l-qorti u l-attivitajiet soċjali u ta’ divertiment.
L-individwi jistgħu wkoll jitolbu l-interpretazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni dwar is-servizzi tal-Aġenzija.
Għal aktar informazzjoni jew għall-prenotazzjoni tas-servizz, wieħed jista’ jibgħat talba permezz ta’ email fuq sli.sapport@gov.mt jew jibgħat SMS / telefonata bil-vidjow fuq WhatsApp fuq (+356) 7900 5988, biex jikkuntattja lit-tim. Is-servizzi mhumiex limitati għall-ħinijiet tal-ftuħ jekk ibbukkjati minn qabel, iżda huma soġġetti għad-disponibbiltà.
Il-kuntatt permezz tat-telefown jista’ jsir:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 08:00 – 18:00
Is-Sibt: 09:00 – 12:00
Agħfas fuq din il-ħolqa għall-Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) dwar dan is-servizz