Is-Service Providers’ Monitoring Team fi ħdan Aġenzija Sapport hu responsabbli għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-kuntratti tas-Sħubijiet Pubbliċi-Soċjali (PSPs) bejn l-Entitajiet Nongovernattivi (NGO) u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat (MIV). Is-servizz hu mmirat lejn l-individwi b’diżabilità u l-familji tagħhom li jinsabu f’riskju ta’ eżawriment, jew f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
L-Aġenzija twettaq din ir-responsabilità primarjament permezz tal-monitoraġġ regolari tas-servizz tal-NGO u ta’ Respite u d-determinazzjoni tal-livell ta’ appoġġ li jingħata lill-klijenti li jibbenefikaw mill-ftehimiet tal-PSP. Minbarra l-monitoraġġ, l-Aġenzija Sapport tieħu ħsieb ukoll id-dħul ta’ klijenti ġodda, it-twettiq tal-assessjar, l-ipproċessar finanzjarju relatat mal-klijenti fir-residenzi NGO u servizzi oħra, bħal respite u Day Programmes.
Fil-preżent, is-Service Providers’ Monitoring Team hu responsabbli għall-monitoraġġ ta’ 17-il kuntratt tal-PSP li minnhom 13 huma djar residenzjali, u 4 huma servizzi ta’ matul il-jum jew programmi ta’ respite.
- Dar l-Arċipriet Degabriele
- Dar Madre Tereża
- Dar Nazareth
- Dar il-Wens
- Dar l-Abilità
- Dar Merħba
- Dar Arka
- Dar il-Ġublew tal-Ħniena
- Dar Madonna ta’ Pinu
- Dar l-Akkwarell
- Dar Pirotta
- Dar Shalom
- Dar Żerniq
- Dar Bjorn (Ħal Qormi)
- Dar Bjorn (Ħaż-Żebbuġ)
- Dar il-Kaptan Respite Service
- Dar il-Kaptan Day Programme
- Malta Autism Centre
- Embrace Diversity
Is-Service Providers’ Monitoring Team huwa responsabbli wkoll għal kollaborazzjoni ma’ ĦILA Homes għal servizzi residenzjali u ta’ respite f’Casa Apap Bologna u Dar Santa Rosa l-Mosta u Casal Nouvo ġewwa Paola. L-Aġenzija hi responsabbli għat-tlestija tal-assessjar tal-klijenti u tieħu ħsieb l-għoti tas-servizz u l-verifika finanzjarja tas-servizzi pprovduti mis-Servizzi ta’ ĦILA.