Servizzi tal-Occupational Therapy

Ħarsa Ġenerali

Is-Servizzi tal-Occupational Therapy hija professjoni tas-saħħa ffukata fuq il-klijent li tippromwovi s-saħħa u l-benesseri permezz tal-okkupazzjoni. L-għan ewlieni tas-Servizzi tal-Occupational Therapy hu li tgħin lill-persuni jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum. L-Occupational Therapists jiksbu dan ir-riżultat billi jaħdmu man-nies u mal-komunitajiet biex isaħħu l-kapaċità tagħhom biex jinvolvu ruħhom f’okkupazzjonijiet li jridu, jeħtieġu, jew li huma mistennija jagħmlu, jew billi jimmodifikaw l-okkupazzjoni jew l-ambjent biex jappoġġjaw aħjar l-involviment okkupazzjonali tagħhom (Federazzjoni Dinjija tal-Occupational Therapists, 2012).

 

X’inhuma l-okkupazzjonijiet?

L-okkupazzjonijiet jirreferu għall-attivitajiet ta’ kuljum li jagħmlu n-nies bħala individwi, fil-familji u mal-komunitajiet biex jgħaddu l-ħin u jagħtu tifsira u skop lill-ħajja. L-okkupazzjonijiet jinkludu l-affarijiet li n-nies jeħtieġu, iridu u li huma mistennija jagħmlu (Federazzjoni Dinjija tal-Occupational Therapists, 2016).

 

 

Eliġibilità

Is-servizz isegwi l-kriterji ta’ eliġibilità t’hawn taħt:

  • Individwi b’diżabilità;
  • Individwi li għandhom bejn is-16 u s-60 sena;
  • Individwi li qed jirċievu servizzi ta’ terapija okkupazzjonali speċjalizzati, JISTGĦU jibbenefikaw mit-terapija okkupazzjonali mogħtija minn Aġenzija Sapport. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, se jkun hemm kollaborazzjoni mal-Occupational Therapist attiv biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni;
  • L-individwi li għandhom kundizzjoni predominanti li teħtieġ intervent riabilitattiv, akut jew tas-saħħa mentali MHUX se jkunu eliġibbli għat-terapija okkupazzjonali minn Aġenzija Sapport biex jiġu evitati servizzi doppji;
  • L-individwi u/jew l-kuraturi ewlenin għandu jkollhom għarfien dwar ir-riferiment, ikunu motivati u jkunu kapaċi jidentifikaw miri funzjonali fl-ambjenti tal-komunità.
  • Persuni li għandhom diffikultajiet biex jipparteċipaw f’okkupazzjonijiet ta’ kuljum, li jixtiequ jew għandhom bżonn jagħmlu, jistgħu jibbenefikaw mis-Servizz ta’ l-Occupational Therapy. Dan jista’ jinkludi kwalunkwe attività li tkun sinifikanti għall-individwu, bħal li tieħu ħsieb lilek innifsek jew lil ħaddieħor, li tieħu ħsieb id-dar tiegħek, li taċċessa t-trasport, li tagħmel attività ta’ divertiment jew li tissoċjalizza.

Riferimenti u Assessjar

L-Intake Team jirċievi u jipproċessa r-rikjesti kollha li jidħlu mingħand klijenti prospettivi, il-familji u professjonisti oħra li jeħtieġu kwalunkwe servizz fl-Aġenzija. Il-każijiet kollha li jidħlu jiġu assessjati bir-reqqa mill-professjonisti tal-Intake, li jidentifikaw liema servizzi l-individwu jista’ jibbenifika minnhom skont il-bżonnijiet, interessi, u xewqat tal-individwu.

 

Klijenti li jkunu diġà qed jibbenefikaw minn servizzi oħra mogħtija mill-Aġenzija, jistgħu jikkuntattjaw lis-Servizzi tal-Occupational Therapy direttament permezz ta’ email fuq alliedhealth.sapport@gov.mt jew fuq il-Helpline tal-Aġenzija Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05), jew fuq (+356) 2256 8000 waqt il-ħinijiet tal-ftuħ u jsaqsu sabiex jitkellmu ma’ Occupational Therapist. Għal dawk li fil-preżent mhumiex jirċievu servizzi okra, dawn għandhom jagħmlu kuntatt mal-Intake Team għal gwida dwar is-servizzi disponibbli għalihom.

 

Il-ħinijiet tal-ftuħ:

It-Tnejn sal-Ġimgħa: 08:00 – 16:00

Is-Sibt, Il-Ħadd u l-Festi Pubbliċi: Mhux disponibbli

Skip to content