Servizzi ta’ l-Occupational Therapy

Ħarsa Ġenerali

Is-Servizzi ta’ l-Occupational Therapy hija professjoni tas-saħħa ffukata fuq il-klijent li tippromwovi s-saħħa u l-benesseri permezz tal-okkupazzjoni. L-għan ewlieni tas-Servizzi ta’ l-Occupational Therapy hu li tgħin lill-persuni jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum. L-Occupational Therapists jiksbu dan ir-riżultat billi jaħdmu man-nies u mal-komunitajiet biex isaħħu l-kapaċità tagħhom biex jinvolvu ruħhom f’okkupazzjonijiet li jridu, jeħtieġu, jew li huma mistennija jagħmlu, jew billi jimmodifikaw l-okkupazzjoni jew l-ambjent biex jappoġġjaw aħjar l-involviment okkupazzjonali tagħhom (Federazzjoni Dinjija tal-Occupational Therapists, 2012).

 

X’inhuma l-okkupazzjonijiet?

L-okkupazzjonijiet jirreferu għall-attivitajiet ta’ kuljum li jagħmlu n-nies bħala individwi, fil-familji u mal-komunitajiet biex jgħaddu l-ħin u jagħtu tifsira u skop lill-ħajja. L-okkupazzjonijiet jinkludu l-affarijiet li n-nies jeħtieġu, iridu u li huma mistennija jagħmlu (Federazzjoni Dinjija tal-Occupational Therapists, 2016).

 

 

Eliġibilità

Is-servizz isegwi l-kriterji ta’ eliġibilità t’hawn taħt:

  • Individwi b’diżabilità;
  • Individwi li għandhom bejn is-16 u s-60 sena;
  • Individwi li qed jirċievu servizzi ta’ terapija okkupazzjonali speċjalizzati, JISTGĦU jibbenefikaw mit-terapija okkupazzjonali mogħtija minn Aġenzija Sapport. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, se jkun hemm kollaborazzjoni mal-Occupational Therapist attiv biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni;
  • L-individwi li għandhom kundizzjoni predominanti li teħtieġ intervent riabilitattiv, akut jew tas-saħħa mentali MHUX se jkunu eliġibbli għat-terapija okkupazzjonali minn Aġenzija Sapport biex jiġu evitati servizzi doppji;
  • L-individwi u/jew l-kuraturi ewlenin għandu jkollhom għarfien dwar ir-riferiment, ikunu motivati u jkunu kapaċi jidentifikaw miri funzjonali fl-ambjenti tal-komunità.
  • Persuni li għandhom diffikultajiet biex jipparteċipaw f’okkupazzjonijiet ta’ kuljum, li jixtiequ jew għandhom bżonn jagħmlu, jistgħu jibbenefikaw mis-Servizz ta’ l-Occupational Therapy. Dan jista’ jinkludi kwalunkwe attività li tkun sinifikanti għall-individwu, bħal li tieħu ħsieb lilek innifsek jew lil ħaddieħor, li tieħu ħsieb id-dar tiegħek, li taċċessa t-trasport, li tagħmel attività ta’ divertiment jew li tissoċjalizza.

Riferimenti u Assessjar

It-tim li jirċievi d-dħul tal-każijiet ġodda jipproċessa l-każijiet kollha li jaslu minn servizzi prospettivi, il-familji u professjonisti oħra li jeħtieġu kwalunkwe servizz fl-Aġenzija. Il-każijiet kollha li jidħlu jiġu assessjati bir-reqqa mill-mexxejja tat-tim, li jidentifikaw liema servizz/i l-individwu jista’ jibbenifika minnu skont il-bżonnijiet, interessi u x-xewqat tal-individwu.

 

Wara dan l-assessjar, it-tim jikkoordina kif xieraq mal-professjonisti mid-dipartimenti tas-servizzi identifikati, u jwettaq pjanijiet ta’ azzjoni ta’ segwitu.

 

Ir-riferimenti għas-Servizzi tat-Terapija Okkupazzjonali jistgħu jitressqu mill-persuni b’diżabilità, il-membri tal-familja jew il-professjonisti. Persuni interessati li jagħmlu użu minn dan is-servizz jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni u jibagħtuha bl-email jew bil-posta.

 

Email: alliedhealth.sapport@gov.mt

 

Indirizz: Occupational Therapy, Aġenzija Sapport, Triq Patri Ġwann Azzopardi , Santa Venera SVR 1614

 

Agħfas fuq din il-ħolqa biex tniżżel kopja tal-formola tar-riferiment għas-Servizz ta’ l-Occupational Therapy.

Skip to content