It-Taqsima SkillUp toffri programmi maħsuba biex jappoġġjaw persuni b’diżabilita, bl-għan li jtejbu l-kwalita tal-ħajja tagħhom u jippromwovu l-inklużjoni tagħhom fl-aspetti kollha tas-soċjeta.
It-Taqsima SkillUp hija mibnija fuq erba’ pilastri ewlenin, li jiffurmaw il-pedament għal mod komprensiv fl-għoti ta’ sostenn fis-settur tad-diżabilita. Dawn il-pilastri jiżguraw li persuni b’diżabilita jirċievu l-assistenza u r-riżorsi meħtieġa biex jiksbu aktar indipendenza, parteċipazzjoni attiva, u benesseri ġenerali.
Assessjar
Qabel ma jirreġistraw għal kwalunkwe programm, persuni b’diżabilita jgħaddu minn proċess li jinkludi assessjar, laqgħa separata mal-ġenituri / gwardjani, u perjodu ta’ prova. Dan il-perjodu huwa importanti biex issir evalwazzjoni fuq il-kapaċitajiet funzjonali, l-istili ta’ tagħlim, il-ħiliet soċjali, ir-reazzjonijiet emozzjonali u ta’ mġiba, l-indipendenza, u fatturi oħra. L-għan huwa li tiġi ddeterminata l-eliġibilita tal-individwu u jiġi identifikat l-aktar programm adattat għall-bżonnijiet tiegħu.
Agħfas fuq din il-ħolqa għall-Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) dwar dan is-servizz