Skip to content

Ħarsa Ġenerali

Il-Programm Way to Work jassisti lill-persuni b’diżabilità biex isaħħu jew jiksbu ħiliet oħra biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol. L-għan hu li jikkumplimenta servizzi / programmi oħrajn fis-settur sabiex jiġi żgurat li l-persuni b’diżabilità jħossuhom aktar kunfidenti li jfittxu impjieg u jgħixu ħajja aktar indipendenti.

 

Is-suġġetti koperti matul dan il-programm ta’ taħriġ jinkludu:

  • il-ħiliet għal għajxien indipendenti
  • l-impjegabilità
  • il-limiti fuq il-post tax-xogħol
  • l-iġjene
  • is-saħħa sesswali
  • l-użu tat-trasport pubbliku
  • kif wieħed għandu jippreżenta lilu nnifsu b’kunfidenza waqt intervista

 

Dawn is-sessjonijiet jiġu pprovduti wkoll bil-kontribut ta’ entitajiet u professjonisti oħra li jispeċjalizzaw f’numru ta’ oqsma. Il-parteċipanti jiġu esposti wkoll għal żjarat fuq il-postijiet tax-xogħol biex jiksbu esperjenza u għarfien aktar prattiċi dwar għażliet u setturi ta’ xogħol differenti.

 

Sessjonijiet individwali huma offruti wkoll lill-klijenti li qed ifittxu impjieg jew li diġà qegħdin jaħdmu imma jeħtieġu xi assistenza addizzjonali f’qasam partikolari bħall-kitba ta’ CV, l-immaniġġjar tal-flus, il-ħiliet għat-tfittix ta’ impjieg u attivitajiet aktar prattiċi bħall-ħiliet tax-xogħol f’uffiċċju.

 

Way to Work joffri wkoll sessjonijiet informattivi lill-ġenituri u lill-gwardjani dwar il-benefiċċji ta’ impjieg u dwar kif il-persuni b’diżabilità jistgħu jingħataw sapport biex jidħlu fil-forza tax-xogħol u jżommu impjieg.

 

________________

 

Il-Programm Way to Work ġie magħżul għas-Sejħa għal Nominazzjonijiet 2024 taz-Zero Project!

 

ZeroProject_ShortList_Badge