It-Taqsima SkillUp ġiet innominata għal żewġ premjijiet mill-European Social Network.
It-Taqsima ġiet rikonixxuta fil-kategoriji li ġejjin:
- Disability and Accessibility in Social Services
- Headline Jury Award for Social Inclusion
Permezz tal-erba’ pilastri ewlenin, il-Programm Way to Work, il-Programm Self-Skills, il-Programm Skills4Life u l-Programm SkillUp Awareness, it-taqsima tħejji individwi b’ħiliet essenzjali tal-ħajja u tad-dinja tax-xogħol, waqt li tagħti sostenn għall-parteċipazzjoni attiva fil-komunità tagħhom.
Il-votazzjoni tiftaħ fil-jiem li ġejjin! Segwi din il-paġna għal aktar aġġornamenti u informazzjoni dwar kif tivvota.
Ir-rebbieħa jitħabbru waqt iċ-ċerimonja tal-European Social Services Awards f’Ruma f’Novembru li ġej.
