Is-Servizz għall-Persuni Neqsin mis-Smigħ jipprovdi informazzjoni u gwida biex jappoġġja l-aċċess għall-persuni b’telf ta’ smigħ. Is-servizz jgħin lill-individwi, lill-familji, u lill-professjonisti jagħmlu kuntatt mas-servizzi u jikkomunikaw b’mod aktar effettiv.
Jiġu pprovduti wkoll sessjonijiet ta’ għarfien biex jgħallmu livell bażiku ta’ lingwa tas-sinjali Maltija. Is-sessjonijiet huma mfassla apposta skont is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet partikolari ta’ min juża s-servizz.
Il-kollaborazzjonijiet u l-koproduzzjoni jitwettqu ma’ servizzi oħra minn Aġenzija Sapport u ma’ entitajiet oħra li jipprovdu servizzi oħra bħall-FITA, is-CRPD, u s-servizz ta’ Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali.
Is-servizzi huma ta’ benefiċċju għal:
- Persuni neqsin mis-smigħ ta’ kull età
- Persuni li jesperjenzaw telf ta’ smigħ u forsi jużaw hearing aids jew impjanti kokleari
- Familji, skejjel, postijiet tax-xogħol kif ukoll professjonisti oħra
Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukkja s-servizz, wieħed jista’ jibgħat email fuq deaf.sapport@gov.mt.