Kompetizzjoni gastronomika internazzjonali!

Persuni b’diżabilità għandhom l-opportuntà sabiex jipparteċipaw f’l-kompetizzjoni internazzjonali organizzata mill-Assoċjazzjoni UNUO mill-Kroazja u minn Aġenzija Sapport bħala membri liċenzjati.

 

Ir-rebbieħa jirrappreżentaw lil Malta fil-finali fil-Kroazja.

 

 

X’inhi Cupi’s Spoon?

 

Cupi’s Spoon hi kompetizzjoni gastronomika divertenti, għal dilettanti, li toffri opportunità lil persuni b’diżabilità biex pubblikament juru l-abilitajiet tagħhom u l-ħiliet fil-komunità kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, permezz tat-tisjir jew preparazzjoni ta’ cocktail.

 

Agħti titwila lejn ir-ritratti hawn taħt mill-edizzjonijiet tal-passat ta’ Cupi’s Spoon!

 

 

Min jista’ jipparteċipa:

Persuni b’diżabilità li għandhom ’il fuq minn 18-il sena.

 

Il-persuni jridu jikkompetu independentament, pero ser ikun hemm gwida minn Mentor waqt il-kompetizzjoni.

 

 

Jekk jogħġbok kun af li ser jittieħdu ritratti u filmati. Bl-applikazzjoni tiegħek biex tipparteċipa f’din l-attività, qed tagħti kunsens biex tidher f’ritratti u filmati li jittieħdu matul l-attività.

X’ser jiġri fil-ġurnata tal-kompetizzjoni:

Kull parteċipant ser jipparteċipa f’kategorija waħda tal-għażla tiegħu, fit-tisjir jew fil-preparament ta’ cocktail.

Ser ikollhom madwar 10 minuti sabiex jikkonkludu u jservu l-platt / xarba tagħhom.

Ser jippreżentaw il-platt / xarba tagħhom lill-membri tal-ġurija esperta li ser jiddeterminaw min huma r-rebbieħa li ser jirrappreżentaw lil Malta fil-Kroazja f’Ottubru.

Ser ikun hemm rebbieħ wieħed minn kull kategorija.

 

Ara dawn il-filmati għal gwida!

Agħfas din il-ħolqa għall-filmat dwar gwida tal-kategorija tat-tisjir.

Agħfas din il-ħolqa għall-filmat dwar gwida tal-kategorija tal-cocktail.

 

Reġistrazzjonijiet huma issa magħluqa.

 

 

Rebbieħa:

Mill-kompetizzjoni lokali jkun hemm 2 rebbieħa. Waħda mill-kategorija tat-tisjir u waħda mill-kategorija tal-preparazzjoni ta’ cocktail. Ir-rebbieħa jirrappreżentaw lil Malta fil-Kroazja, f’Ottubru 2025, għal-finali tal-kompetizzjoni flimkien ma’ rappreżentanti minn pajjiżi oħra Ewropej. L-esperjenza tinkludi wkoll 2 iljieli ġewwa Ruma u attività unika quddiem il-Vatikan.

 

Ir-rebbieħa jħallsu biss il-passaġġ tal-ajru. Il-kumplament inkluż l-akkomodazzjoni (5 iljieli ġewwa Zagreb u 2 iljieli ġewwa Ruma), transport, mawra tal-lokal, eċċ.. ikunu koperti.

 

Kull rebbieħ irrid jiġi akkumpanjat minn persuna 1. Din il-persuna tkun obbligata tħallas Eur1,000 + il-passaġġ tal-ajru.

Skip to content