Ċentru Ħajja Indipendenti Sonia Tanti (STILC)

Ħarsa Ġenerali

Iċ-Ċentru Sonia Tanti Taqsima Ħajja Indipendenti joffri appoġġ, informazzjoni u gwida lill-persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom biex jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità.

 

Occupational Therapists u Fiżjoterapisti joffru assessjar professjonali sabiex il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiksbu, iżommu jew jiksbu mill-ġdid l-indipendenza tagħhom permezz ta’ apparat li jgħin fil-mobilità, apparat assistiv u/jew taħriġ kif meħtieġ.

 

Is-servizzi offruti f’STILC jinkludu:

  • Assessjar għall-użu tas-siġġu tar-roti u għas-seating
  • Assessjar għall-użu tal-Mobility Scooter
  • Assessjar tas-sewqan
  • Modifikazzjonijiet fil-vettura
  • Simulazzjonijiet tas-sewqan

 

Il-persuni b’diżabilità jistgħu jibbenefikaw ukoll minn lezzjonijiet tas-sewqan, permezz tal-Adaptive Driving Motoring School, offruti minn għalliema tas-sewqan li ġew imħarrġa apposta fl-użu ta’ karozza modifikata.

Adaptive Driving Clinic

L-Adaptive Driving Clinic ta’ Aġenzija Sapport toffri servizz speċjalizzat imfassal biex jappoġġja persuni b’diżabilità li jixtiequ jiksbu sewqan sikur u indipendenti. Il-klinika tipprovdi assessjar u taħriġ olistiċi li huma ċċentrati fuq il-persuna biex tgħin lill-utenti tas-servizz jegħlbu l-isfidi u jsegwu l-aspirazzjonijiet tagħhom fis-sewqan.

 

L-assessjar kollu jsir minn tim speċjalizzat ta’ Occupational Therapists, li għandhom kompetenza fl-evalwazzjoni tal-abilitajiet funzjonali u konjittivi, il-ħtiġijiet ta’ aċċessibilità, u l-ħiliet tas-sewqan.

 

L-għan huwa li jiġu promossi l-awtonomija, il-mobilità, u l-parteċipazzjoni fil-ħajja tal-komunità għal persuni b’diżabilità, filwaqt li jingħataw is-setgħa li jivvjaġġaw b’kunfidenza u b’mod indipendenti. L-Adaptive Driving Clinic tirrifletti l-impenn ta’ Aġenzija Sapport għall-inklużjoni u l-ugwaljanza, filwaqt li tagħmel is-sewqan aċċessibbli għal kulħadd.

 

Jekk inti jew membru tal-familja tixtiequ titgħallmu aktar dwar il-Klinika tas-Sewqan Adattiv, jew tirrikjedi assessjar, tista’ tikkuntattjana fuq stilc.sapport@gov.mt.

Adaptive Driving Motoring School

L-Adaptive Driving Motoring School tikkumplimenta l-Adaptive Driving Clinic, billi tipprovdi appoġġ bla xkiel mill-assessjar sal-istruzzjoni prattika tas-sewqan. B’mod uniku, hija l-unika skola tas-sewqan f’Malta mgħammra b’żewġ vetturi li għandhom modifiki speċifikament għal persuni b’diżabilità.

 

L-Adaptive Driving Motoring School toffri:

  • Lezzjonijiet tas-sewqan personalizzati f’vetturi adattati, mogħtija minn għalliema b’esperjenza li jagħtu appoġġ lis-sewwieqa b’firxa ta’ bżonnijiet fiżiċi u sensorji.

 

  • Prattika bl-użu ta’ kontrolli tal-idejn, għajnuniet għall-istering, u adattamenti oħra kemm f’ambjenti tad-dinja reali kif ukoll f’ambjenti kkontrollati.

 

  • Kollaborazzjoni mill-qrib ma’ Occupational Therapists, biex jiġi żgurat li kull lezzjoni tappoġġja l-għanijiet kontinwi ta’ assessjar u riabilitazzjoni.

 

Dawn ir-riżorsi ddedikati jbiddlu s-sewqan indipendenti f’mira realistika u li tista’ tintlaħaq mill-persuni b’diżabilità f’Malta, u b’hekk tiddistingwi lil Aġenzija Sapport bħala mexxejja fil-mobilità inklużiva.

Riferimenti u kif għandek tapplika

Ir-riferimenti għal STILC jistgħu jsiru mill-professjonisti mediċi, mill-Occupational Therapists u mill-Fiżjoterapisti. Jiġu aċċettati wkoll riferimenti mill-persuna stess.

 

Il-persuni interessati li jagħmlu użu minn dan is-servizz jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni online jew iniżżlu l-applikazzjoni u jeħduha personalment jew jibagħtuha bil-posta.

Agħfas fuq din il-ħolqa biex timla l-Applikazzjoni ta’ STILC online

Agħfas fuq din il-ħolqa biex tniżżel kopja tal-Applikazzjoni ta’ STILC

 

​​​​​​​​​​​​​​​​​Ħinijiet tal-ftuħ ta’ STILC:

It-Tnejn: 08:00 – 16:00

It-Tlieta – Ġimgħa:  08:00 – 14:30

Is-Sibt, il-Ħadd u l-Festi Pubbliċi: Mhux disponibbli

 

Indirizz: Ċentru Sonia Tanti Taqsima Ħajja Indipendenti (STILC), Ċentru Pastorali Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Biżantini, Qrendi.
Għal direzzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-servizz, wieħed jista’ jibgħat email fuq stilc.sapport@gov.mt​ jew iċempel fuq (+356) 2165 3991 / (+356) 77132310.

 

Agħfas fuq din il-ħolqa għall-Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) dwar dan is-servizz

Ottobock Malta Clinic

Ottobock Healthcare PLC tipprovdi assessjar speċjalizzat għas-seating għal persuni b’diżabilità f’Malta u toffri wkoll assessjar kliniku għal siġġijiet tar-roti personalizzati u għal-soluzzjonijiet għal seating. Dan isir permezz ta’ ftehim bejn Aġenzija Sapport u Ottobock Healthcare PLC li jinkorpora wkoll l-appoġġ u l-manifattura ta’ seating personalizzat biex jintuża f’siġġu tar-roti u l-forniment ta’ prodotti ta’ siġġijiet tar-roti kif meħtieġa minn persuni b’diżabilità, tal-assessjar li jkun sar.

 

Ix-xiri tas-soluzzjonijiet għall-użu tas-siġġu tar-roti u ta’ seating isir permezz ta’ ftehim dirett bejn Ottobock u l-klijent rispettiv.

 

Il-Proċess tal-Assessjar Kliniku

 

Meta tirċievi riferiment ġdid, inizjalment Ottobock tipprovdi konsultazzjoni online mal-klijent (mingħajr ħlas) u wara tipprovdi stima għas-soluzzjoni għall-użu tas-siġġu tar-roti u ta’ seating rakkomandata lill-klijent. Din il-kwotazzjoni inizjali hija biss għal skopijiet ta’ gwida u ta’ stima.

 

Jekk il-klijent prospettiv jiddeċiedi li jipproċedi, isir assessjar wiċċ imb’wiċċ f’Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC) mat-Tim Kliniku ta’ Ottobock matul is-servizzi tagħhom ippjanati f’Malta. Tintalab tariffa mhux rimborżabbli ta’ ħamsin euro (€50) għal dan l-assessjar. Din it-tariffa titħallas lil Aġenzija Sapport permezz ta’ link għal ħlas online li tintbagħat lill-klijent permezz ta’ email mit-tim amministrattiv ta’ STILC.

 

Agħfas fuq din il-ħolqa biex tniżżel l-Fuljett Informattiv għal Soluzzjonijiet għal Siġġijiet u ta’ Seating minn Ottobock.

 

Riferimenti

 

Ir-riferimenti għall-Ottobock Malta Clinic jistgħu jsiru minn professjonisti mediċi, Occupational Therapists u Fiżjoterapisti. Jiġu aċċettati wkoll awtoriferimenti. Ir-riferimenti għall-Ottobock Malta Clinic jirċrvihom it-tim ta’ Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC).

 

Agħfas fuq din il-ħolqa biex tniżżel l-formola tal-Ottobock Malta Clinic.

 

Dawk interessati li jużaw dan is-servizz jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni billi jniżżlu l-applikazzjoni u jissottomettuha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz t’hawn taħt.

 

Indirizz: Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC), Ċentru Pastorali Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Biżantini, Qrendi.

Agħfas fuq dan il-link għall-post u/jew id-direzzjonijiet għal STILC

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-servizz, wieħed jista’ jibgħat email fuq stilc.sapport@gov.mt​ jew iċempel fuq (+356) 2165 3991 / (+356) 7713 2310.

 

 

Skip to content