Iċ-Ċentru Sonia Tanti Taqsima Ħajja Indipendenti joffri appoġġ, informazzjoni u gwida lill-persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom biex jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità.
Occupational Therapists u Fiżjoterapisti joffru assessjar professjonali sabiex il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiksbu, iżommu jew jiksbu mill-ġdid l-indipendenza tagħhom permezz ta’ apparat li jgħin fil-mobilità, apparat assistiv u/jew taħriġ kif meħtieġ.
Is-servizzi offruti f’STILC jinkludu:
- Assessjar għall-użu tas-siġġu tar-roti u għas-seating
- Assessjar għall-użu tal-Mobility Scooter
- Assessjar tas-sewqan
- Modifikazzjonijiet fil-vettura
- Simulazzjonijiet tas-sewqan
Il-persuni b’diżabilità jistgħu jibbenefikaw ukoll minn lezzjonijiet tas-sewqan, permezz tal-Adaptive Driving Motoring School, offruti minn għalliema tas-sewqan li ġew imħarrġa apposta fl-użu ta’ karozza modifikata.