Bħala l-aġenzija nazzjonali għall-persuni b’diżabilità u għall-familji tagħhom, aħna nemmnu bis-sħiħ li bl-appoġġ xieraq, it-trobbija tista’ tkun vjaġġ u possibilità għal kulħadd. Għalhekk, il-programm ta’ Trobbija Pożittiva għandu l-għan li joffri lill-ġenituri l-opportunità li jiefqu, ikollhom il-ħin biex jirriflettu, itejbu l-ħiliet tagħhom, u jużaw dan il-ħin biex iġibu lura l-enerġija tagħhom biex ikunu jistgħu joffru kwalità ta’ ħajja aħjar lit-tfal tagħhom u lilhom infushom filwaqt li jsaħħu r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal.
L-idea ġenerali tal-programm ta’ trobbija pożittiva hi li jrawwem kultura ta’ indipendenza permezz tat-trobbija tat-tfal b’diżabilità u li jgħin lill-ġenituri jiksbu ħiliet ta’ trobbija aħjar. Dawn il-komponenti ewlenin huma inkorporati fil-programmi ta’ trobbija offruti minn Aġenzija Sapport.
Il-programm jikkonsisti f’żewġ korsijiet:
- Agħfas fuq din il-ħolqa għall-korsijiet dwar il-ħiliet ta’ trobbija pożittiva għal ġenituri ta’ tfal b’diżabilità
- Agħfas fuq din il-ħolqa għall-korsijiet dwar il-ħiliet ta’ trobbija għal ġenituri b’diżabilità intellettwali