Ġenitur b’diżabilità intellettwali jista’ jkollu bżonn appoġġ addizzjonali biex irabbi tarbija, iżda aħna nemmnu li bl-appoġġ xieraq, dan jista’ jsir. Is-servizz għandu l-għan li jappoġġja lill-ġenituri fil-vjaġġ tat-trobbija ta-tfal tagħhom. Nifhmu wkoll li meta wieħed isir ġenitur għall-ewwel darba, huwa jgħaddi minn ħafna emozzjonijiet, inċertezzi u sfidi differenti, u għalhekk bit-taħriġ u bl-appoġġ xierqa, il-persuni b’diżabilità intellettwali jkunu jistgħu jrabbu lill-uliedhom.
GĦAN
Aġenzija Sapport għandha l-għan li tappoġġja lil dawn il-ġenituri billi toffrilhom programm ta’ trobbija individwalizzat billi tagħtihom taħriġ dwar il-ħiliet ta’ trobbija u esperjenza diretta. Dan isir biex il-ġenitur futur jingħata għarfien dwar l-ADLs li huma meħtieġa biex jieħu ħsieb tarbija tat-twelid u biex jippromwovi trobbija u ambjent siguri u tajbin għas-saħħa għat-tifel/tifla.
Assessjar individwalizzat jiġi offrut kmieni fis-servizz biex it-taħriġ dwar it-trobbija jingħata skont il-bżonnijiet u x-xewqat partikolari tagħhom stess.
Il-Programm ‘Step by Step’ Parenting ta’ Prof. Maurice Feldman jintuża bħala l-kurrikulu li jiggwida l-kors ta’ taħriġ dwar it-trobbija. Dan huwa programm ta’ taħriġ ibbażat fuq l-evidenza maħsub b’mod speċifiku biex jintuża mal-persuni b’diżabilità intellettwali.
Kif għandek tapplika
Dawk interessati li japplikaw għal dan il-kors jistgħu jniżżlu l-applikazzjoni u jibgħatuha email, imorru biha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.
AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI
L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:
Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614
Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone 153 (agħfas 5) għal aktar informazzjoni.