Il-programm ta’ trobbija pożittiva hu maħsub għal ġenituri li għandhom tfal b’diżabilità taħt l-età ta’ 18-il sena.

GĦAN

L-idea ta’ dan il-programm hi li joffri gwida u taħriġ lill-ġenituri f’diversi oqsma ta’ trobbija, billi jgħallimhom kif jidentifikaw l-istili ta’ trobbija tagħhom u kif jistgħu jtejbu l-ħiliet ta’ trobbija mat-tfal tagħhom.

 

Is-suġġetti indirizzati matul dawn il-workshops jinkludu:

  • Il-promozzjoni tal-indipendenza fi stadju bikri
  • Kif taffaċċja n-niket
  • Kif tifhem il-bżonnijiet tat-tifel/tifla tiegħek u l-istili ta’ trobbija tiegħek stess
  • Kif tipprepara ruħek għas-suċċess u għall-indipendenza
  • Il-valuri, ir-regoli u l-premji
  • Dixxiplina pożittiva: It-triq lejn l-għajxien indipendenti
  • Riżorsi u suġġerimenti dwar it-trobbija: il-ħames lingwi tal-imħabba u l-promozzjoni ta’ rabta sigura.

 

Is-sessjonijiet:

Dawn is-sessjonijiet jingħataw fi gruppi.

 

Hemm tliet kategoriji ewlenin ta’ dan it-taħriġ maħsuba għal tfal ta’ etajiet differenti.

  1. Is-Snin Bikrin 0 – 3 snin
  2. Is-Snin tal-Primarja 4 – 11-il sena
  3. Is-Snin tal-Adolexxenza 12 – 18-il sena

 

L-attendenza għal dawn il-gruppi hija mingħajr ħlas. Is-sessjonijiet jitmexxew minn professjonisti.

Kif għandek tapplika

Dawk interessati li japplikaw għal dan il-kors jistgħu jniżżlu l-applikazzjoni u jibgħatuha email, imorru biha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.

 


AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:

Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.

Skip to content