Il-missirijiet ta’ tfal b’diżabilità jistgħu jesperjenzaw firxa ta’ sentimenti u emozzjonijiet, kollha b’mod differenti.

GĦAN

Aġenzija Sapport toffri sett ta’ 12-il workshop maħsubin għall-missirijiet tat-tfal b’diżabilità. Permezz ta’ dawn il-workshops, il-missirijiet għandhom l-opportunità jiddiskutu flimkien kif ukoll jiksbu aktar għarfien dwar diversi suġġetti li jistgħu jgħinuhom biex jifhmu l-imġiba u l-bżonnijiet tat-tfal tagħhom.

 

Is-suġġetti indirizzati matul dawn il-workshops jinkludu:

  • Ningħaqdu ma’ missirijiet oħra
  • Ħidma b’kollaborazzjoni mal-fornituri tas-servizzi
  • Kif tibbilanċja l-bżonnijiet tal-familja, tax-xogħol u tiegħek stess
  • Kif tibbilanċja l-bżonnijiet ta’ membri oħra tal-familja
  • Żamma ta’ relazzjonijiet pożittivi mal-adulti
  • Ibni/Binti u jien
  • Immaniġġjar tal-imġiba
  • Kif trawwem it-tkabbir emozzjonali ta’ ibnek/bintek
  • Nibnu relazzjonijiet permezz tal-logħob u l-ħbiberiji
  • Immaniġjar tal-istress
  • Kif issib il-kapaċitajiet u s-soluzzjonijiet tiegħek
  • Iffoka fuq il-futur

 

Dawn il-gruppi huma mingħajr ħlas u jitmexxew minn professjonisti.

Kif għandek tapplika

Il-workshops għall-missirijiet se jsiru darba fix-xahar.

 

Dawk interessati li japplikaw għal dawn il-workshops jistgħu jniżżlu l-applikazzjoni u jibgħatuha email, imorru biha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.


AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:

Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone 153 (agħfas 5) għal aktar informazzjoni.

Skip to content