Spazju ta’ sostenn fejn il-ġenituri jistgħu jiltaqgħu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jinnavigaw il-vjaġġ ta’ kif isostnu membru tal-familja b’diżabilità.

GĦAN

Dan il-grupp ta’ sostenn għandu l-għan li jipprovdi ambjent ta’ kura fejn wieħed jista’ jaqsam l-esperjenzi tiegħu, jibni kuntatti, jikseb informazzjoni, pariri u riżorsi ta’ valur.

 

Dan il-grupp ta’ sostenn joffri l-possibbiltà lill-ġenituri biex jibbenefikaw mill-esperjenza tal-faċilitatur tal-grupp kif ukoll ta’ parteċipanti oħra, u jitgħallmu strateġiji effettivi ta’ kif ilaħħqu mas-sitwazzjonijiet u ta’ intervent meta jkunu qed jieħdu ħsieb minorenni jew adulti żgħażagħ b’diżabilità.

 

Dawn il-gruppi huma bla ħlas u jitmexxew minn professjonisti

Kif tapplika

Il-grupp ta’ sostenn isir darba fix-xahar, b’kull sessjoni ddum siegħa u nofs.

 

Dawk interessati li japplikaw għall-grupp ta’ sostenn jistgħu jniżżlu l-formola tal-applikazzjoni u jibagħtuha permezz tal-email, iwassluha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz t’hawn taħt.

 

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt.

IMLA L-APPLIKAZZJONI ONLINE
AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:

Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.