Aġenzija Sapport tiffaċilita sessjonijiet fi grupp għal tfal li għandhom aħwa b’diżabilità.

 

Permezz ta’ logħob u attivitajiet skont l-età, it-tfal u l-adolexxenti jkollhom l-opportunità jaqsmu l-esperjenza tagħhom, ta’ tfal b’aħwa b’diżabilità – kemm is-sitwazzjonijiet pożittivi kif ukoll l-isfidi li jaffaċċjaw. Is-sessjonijiet joffrulhom opportunità biex iħossuhom mifhuma u apprezzati filwaqt li jieħdu gost fi grupp sigur.

GĦANIJIET

Permezz tal-grupp Super Sibs, it-tfal u l-adolexxenti: 

  • Jiltaqgħu ma’ aħwa oħrajn ta’ persuni b’diżabilità
  • Jieħdu gost
  • Jitkellmu ma’ oħrajn li jifhmuhom dwar aspetti pożittivi (u xi drabi mhux daqshekk pożittivi) li jkollok aħwa b’diżabilità
  • Jiġu appoġġjati fit-tiftix tal-assistenza meta jkollhom bżonnha
  • Jieħdu aktar gost!

 

Dawn il-gruppi huma mingħajr ħlas u jitmexxew minn professjonisti.

 

 

 

 

 

Kif għandek tapplika

Super Sibs huma għal tfal bejn l-etajiet ta’ 7 u 12-il sena li għandhom aħwa b’diżabilità.

 

Sessjonijiet fl-2026:

  • Il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju
  • It-Tlieta 7 ta’ Lulju
  • Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju
  • It-Tlieta 14 ta’ Lulju
  • Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju

 

Post: Aġenzija Sapport, Ċentru ta’ Matul il-Jum – Raħal Ġdid, Telgħa Raħal Ġdid, Raħal Ġdid

Ħin: 17:00 – 18:30

 

Applika sat-12 ta’ Ġunju 2026

 

Dawk interessati li japplikaw għal dawn is-sessjonijiet jistgħu jniżżlu l-applikazzjoni u jibgħatuha email, imorru biha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.


AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:

Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.

Skip to content