Aġenzija Sapport tamministra l-Empowerment Scheme, li toffri assistenza finanzjarja lill-persuni b’diżabilità biex ikunu jistgħu jixtru apparat li jgħinhom jgħixu ħajja aktar indipendenti fid-dar jew komunità tagħhom.

 

L-Empowerment Scheme titmexxa minn Bord indipendenti li jinkludi numru ta’ professjonisti, li jiltaqgħu darba fi-xahar biex jagħmlu l-assessjar u jevalwaw l-applikazzjonijiet li jkunu ġew sottometti matul dak il-perjodu.

 

Dawk li japplikaw għal apparat partikolari jridu jippreżentaw rapport mimli minn professjonist, bħal Occupational Therapist, Fiżjoterapista, jew Awdjologu fil-każ tal-applikazzjonijiet għall-hearing aids. Dan ikun irid jiġi ppreżentat lill-Bord flimkien ma’ formola tal-applikazzjoni, ċertifikat mediku, kopja tal-karta Ewropea tad-Diżabilità u kwotazzjonijiet.

 

L-Empowerment Scheme toffri wkoll sussidju fuq servizzi ta’ trasport personalizzati lill-persuni b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku u li jkunu jeħtieġu li jmorru x-xogħol, jattendu f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni post-sekondarja, jew jattendu attivitajiet sportivi fejn l-applikant ikun abbonat ma’ klabb/organizazzjoni sportiva.

ELIĠIBILITÀ

  • L-applikanti jridu jkunu residenti/jgħixu Malta;
  • L-applikanti jridu jippreżentaw kopja tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità mal-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet ma jiġux aċċettati jekk ma tiġix ippreżentata din il-kopja;
  • Applikazzjonijiet għal sussidju ta’ anqas minn €400 ma jiġux ikkunsidrati iżda jistgħu jkunu referuti lejn entitajiet oħra; Barra minn hekk, kull apparat, anke meta l-oġġetti jkunu magħquda flimkien, ma jistax ikun jiswa inqas minn €100 kull oġġett;
  • Applikazzjonijiet għal apparat bażiku li għandu x’jaqsam mal-akkomodazzjoni u li jsiru mir-residenti tal-isptarijiet jew tad-djar tal-kura tal-gvern, ma jiġux ikkunsidrati;
  • Apparat standard ipprovdut mill-gvern, kemm jekk mingħajr ħlas, b’self, fuq bażi ta’ terminu qasir, jew b’mod permanenti, mhuwiex kopert minn din l-iskema. Dan japplika wkoll għad-detenturi tal-karta r-roża li jixtiequ japplikaw għal assistenza rigward hearing aids. Nuqqas ta’ għarfien dwar din ir-restrizzjoni, jew dwar kwalunkwe terminu u kundizzjoni oħra tal-Empowerment Scheme, kemm mill-professjonist li qed jappoġġja lill-applikant kif ukoll mill-applikant, ma jistax jitqies bħala raġuni li għandha tiġi kkunsidrata għall-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni;
  • Jekk l-apparat mixtri jaqbeż il-perjodu ta’ sena mid-data ta’ meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, din l-applikazzjoni tiġi rifjutata L-applikant jiġi infurmat permezz ta’ telefonata u bil-miktub. Id-dokumenti kollha pprovduti jingħataw lura lill-applikant flimkien mal-Ittra ta’ Rifjut;
  • Jekk ikunu jixtiequ, l-applikanti jistgħu jixtru t-tagħmir, wara li jikkonsultaw mat-terapista professjonali rreġistrat mas-CPCM tagħhom, qabel ma jissottomettu l-applikazzjoni għall-Empowerment Scheme. Madankollu, il-Bord tal-Empowerment Scheme jirriserva d-dritt li ma japprovax l-applikazzjoni għallfinanzjament;
  • Jekk l-Awdjologu jew il-professjonist ta’ Allied Health, kif applikabbli, jonqos milli jipprovdi n-Numru ta’ Reġistrazzjoni tas-CPCM tiegħu, l-applikazzjoni tiġi rrifjutata immedjatament. Id-dokumenti kollha sottomessi jiġu rritornati lill-applikant flimkien ma’ Refusal Letter. Din il-kundizzjoni tapplika wkoll għattobba mediċi li jimlew ir-Rapport Professjonali iżda jonqsu milli jipprovdu n-Numru ta’ Reġistrazzjoni mal-Kunsill Mediku tagħhom;
  • Jekk applikant li bbenefika mill-Empowerment Scheme fis-snin mgħoddija jissottometti talba għal assistenza finanzjarja għall-istess tip ta’ tagħmir jew għal tagħmir simili qabel il-perjodu ta’ żmien applikabbli (hekk kif huwa indikat fl-applikazzjoni fis-sezzjoni tal-lista ta’ dokumenti meħtieġa), il-professjonist huwa meħtieġ li jipprovdi ġustifikazzjoni solida fir-Rapport Professjonali, fejn jagħti d-dettalji dwar ir-raġuni għat-talba bikrija. Il-Bord jirriserva d-dritt li ma japprovax l-applikazzjoni għal finanzjament;
  • Tagħmir mediku, apparat standard, apparat tal-eżerċizzju, u apparat mainstream (bħal mowbajls/kompjuters/laptops/tablets) mhumiex koperti minn din l-iskema;
  • Applikazzjonijiet sottomessi lil Aġenzija Sapport wara li l-persuna b’diżabilità (jiġifieri l-applikant) tkun laħqet mietet ma jiġux aċċettati;
  • Minn żmien għal żmien, il-Bord jista’ joħroġ kundizzjonijiet oħrajn skont il-ħtieġa;
  • Aġenzija Sapport u l-Bord tal-Empowerment Scheme jirriservaw id-dritt li jivverifikaw l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni ma’ awtoritajiet tal-gvern, entitajiet tal-gvern, organizzazzjonijiet volontarji u l-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund;
  • Barra minn hekk, il-Bord għandu d-dritt li jvarja l-ammont tas-sussidju minn żmien għal żmien hekk kif ikun meħtieġ minn din l-iskema. Barra minn hekk, il-Bord iżomm il-prerogattiva li ma japprovax l-applikazzjoni, skont il-każ.

KIF GĦANDEK TAPPLIKA

Dawk interessati li japplikaw għal din l-iskema jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni online, jniżżlu l-applikazzjoni u imorru biha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.

 

 

Agħfas hawn għad-dokument tal-Ipproċessar tad-Data Personali. 

 

 

IMLA L-APPLIKAZZJONI ONLINE
AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI U R-RAPPORT PROFESSJONALI

Ħinijiet tal-ftuħ

 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 08:00 – 16:00

Is-Sibt, il-Ħadd u l-Festi Pubbliċi: Mhux disponibbli

Indirizz: Aġenzija Sapport, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

Għal direzzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa

 

Għal aktar informazzjoni dwar din l-iskema, wieħed għandu jibgħat email fuq schemes.sapport@gov.mt.

Agħfas fuq din il-ħolqa għall-Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) dwar din l-iskema
Skip to content