Aġenzija Sapport tamministra l-Empowerment Scheme, li toffri assistenza finanzjarja lill-persuni b’diżabilità biex ikunu jistgħu jixtru apparat li jgħinhom jgħixu ħajja aktar indipendenti fid-dar jew komunità tagħhom.
L-Empowerment Scheme titmexxa minn Bord indipendenti li jinkludi numru ta’ professjonisti, li jiltaqgħu darba fi-xahar biex jagħmlu l-assessjar u jevalwaw l-applikazzjonijiet li jkunu ġew sottometti matul dak il-perjodu.
Dawk li japplikaw għal apparat partikolari jridu jippreżentaw rapport mimli minn professjonist, bħal Occupational Therapist, Fiżjoterapista, jew Awdjologu fil-każ tal-applikazzjonijiet għall-hearing aids. Dan ikun irid jiġi ppreżentat lill-Bord flimkien ma’ formola tal-applikazzjoni, ċertifikat mediku, kopja tal-karta Ewropea tad-Diżabilità u kwotazzjonijiet.
L-Empowerment Scheme toffri wkoll sussidju fuq servizzi ta’ trasport personalizzati lill-persuni b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku u li jkunu jeħtieġu li jmorru x-xogħol, jattendu f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni post-sekondarja, jew jattendu attivitajiet sportivi fejn l-applikant ikun abbonat ma’ klabb/organizazzjoni sportiva.