L-għan ta’ din l-iskema hu li tipprovdi sapport u għajnuna finanzjarja lil persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom sabiex jixtru vettura aċċessibbli għas-siġġu tar-roti skont il-bżonnijiet tagħhom.

 

Din l-iskema tagħti għotja fuq vetturi li huma modifikati b’rampa jew lift aċċessibbli għal siġġu tar-roti.

 

L-għotja mgħotija minn din l-iskema hi ta’ 10% fuq il-prezz tal-vettura mixtrija, li m’għandux jaqbeż €25,000. Dan huwa sussidju ta’ darba. Dan ifisser li dawk il-vetturi li diġà bbenefikaw minn skemi bħal dawn, mhux se jerġgħu jkunu eliġibbli.

Eliġibilità

  • L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu inqas minn 180g/km.
  • Vetturi tal-elettriku jew hybrid se jiġu kkunsidrati wkoll għal dawn l-iskemi.
  • Barra minn hekk, il-vettura għandha tinxtara biss diġa użata (second-hand) tista’ tkun il-propjetà ta’ xi ħadd residenti Malta u diġà rreġistrata f’Malta, mixtrija min barra minn Malta. Fil-każijiet meta l-persuna b’diżabilità tiġi nieqsa, il-werriet irid l-ewwel japplika għat-trasferiment tas-sid qabel ma jbigħ il-vettura lil persuna oħra b’diżabilità.
  • Il-vettura tista’ tiġi rreġistrata f’isem il-persuna b’diżabilità jew il-ġenitur/il-gwardjan/il-qarib li jgħix fl-istess dar.
  • L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien tliet xhur mid-data tar-reġistrazzjoni. Applikazzjonijiet li jaslu wara il-perjodu ta’ tliet xhur, jitqiesu bħala applikazzjonijiet invalidi.
  • Madankollu, għas-sena kurrenti (2024) biss, din l-iskema ser tilqa’ applikazzjonijiet fuq vetturi diġa’ użati, mixtrija min barra minn Malta jew mingħand kumpanija, u reġistrati f’Malta sa minn Jannar 2024

Kif għandek tapplika

Dokumenti meħtieġa:

  • Kopja tal-applikazzjoni mimlija.
  • Kopja tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità.
  • Kopja tal-Karta/i tal-Identità, flimkien mal-Karta tal-Identità tal-persuna b’diżabilità, fejn applikabbli.
  • Kopja ta’ logbook aġġornat għandha tingħata malli l-karozza tiġi rreġistrata ma’ Transport Malta.
  • Dokumentazzjoni tat-trasferiment tal-vettura (kopja tal-VEH 50/VEH 10 ta’ Transport Malta u/jew kopja tal-logbook f’isem is-sid preċedenti), fejn applikabbli.
  • Riċevuta/i tal-pagament sħiħ u/jew prova tal-pagament. Fil-każ ta’ pagament bi flus kontanti bejn il-partijiet, wieħed għandu jagħti l-ftehim tal-pagament mimli u ffirmat minn nutar.

 

Aktar informazzjoni fil-formola ta’ applikazzjoni.

Dawk interessati li japplikaw għal din l-iskema jistgħu jniżżlu l-applikazzjoni u jibgħatuha email, imorru biha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.

 

Din l-iskema bdiet titħaddem mill-1 ta’ Ġunju 2023.


AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

Ħinijiet tal-ftuħ

 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:  07:30 – 16:00

Is-Sibt, il-Ħadd u l-Festi Pubbliċi: Mhux disponibbli

Indirizz: Aġenzija Sapport, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

Għal direzzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa

 

Għal aktar informazzjoni dwar din l-iskema, wieħed għandu jibgħat email fuq schemes.sapport@gov.mt.

 

Skip to content