L-iskema għall-Eżenzjoni mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq fuq Vettura teżenta lill-persuni b’diżabilità jew lill-ġenituri / kuraturi tagħhom parzjalment jew totalment milli jħallsu l-liċenzja tat-triq annwali.

 

Għandha tiġi ppreżentata formola tal-applikazzjoni flimkien ma’:

  1. kopja tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità
  2. kopja tal-liċenzja tas-sewqan (jekk applikabli)
  3. kopja tal-liċenzja tat-triq (id-dokument tond mehmuż mal-windscreen tal-vettura)
  4. kopja tal-logbook tal-vettura

 

Jekk l-individwu jkun qed japplika għall-ewwel darba, jew jekk il-bżonnijiet għall-vettura tiegħu jkunu nbidlu mill-aħħar applikazzjoni, se jintalab jattendi laqgħa mal-Occupational Therapist biex isir assessjar.

 

Malli jitlestew id-dokumenti kollha, l-applikazzjoni tintbagħat lill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol għall-konsiderazzjoni tal-Bord. L-ittra ta’ deċiżjoni li tingħata l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq tinħareġ mill-aħħar mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Kriterji

  • Il-vetturi rreġistrati f’Malta mill-1 ta’ Jannar 2009, ma jikkwalifikawx għal-Eżenzjoni tal-Liċenzja tat-Triq jekk l-emissjonijiet tas-CO2 huma għoljin (MHUX aktar minn 150g/km għall-magni diżil u MHUX aktar minn 180g/km għall-magni petrol). Hija r-responsabilità tal-applikant li jiċċekkja l-livell tal-emissjonijiet tal-vettura fuq il-logbook. Dan huwa indikat ukoll fuq l-aħħar paġna tal-applikazzjoni.
  • Jekk id-diżabilità tal-individwu bdiet meta kellu 65 sena jew aktar tard, hu jrid ikun is-sewwieq biex jibbenefika mill-Iskemi ta’ Eżenzjoni mil-Liċenzja tat-Triq. Madankollu, dan ma japplikax għall-individwi li japplikaw għall-Eżenzjoni fuq Vetturi Aċċessibbli għas-Siġġu tar-Roti.
  • L-approvazzjoni għall-eżenzjoni mil-Liċenzja tat-Triq tista’ twassal għal eżenzjoni totali jew għal 50% tal-eżenzjoni.

 

Agħfas fuq din il-ħolqa għal kopja tal-linji gwida tal-iskema.

Kif għandek tapplika

Dawk interessati li japplikaw għal din l-eżenzjoni jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni onlajn, jniżżlu l-applikazzjoni u jibgħatuha email, imorru biha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.

IMLA L-APPLIKAZZJONI ONLAJN
AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

Ħinijiet tal-ftuħ

 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:  07:30 – 16:00

Is-Sibt, il-Ħadd u l-Festi Pubbliċi: Mhux disponibbli

Indirizz: Aġenzija Sapport, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

Għal direzzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa

 

Għal aktar informazzjoni dwar din l-iskema, wieħed għandu jibgħat email fuq schemes.sapport@gov.mt.

Agħfas fuq din il-ħolqa għall-Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) dwar din l-iskema
Skip to content