Xi persuni b’diżabilità għandhom diżabilità konġenitali li għexu biha ħajjithom kollha. Oħrajn kisbu diżabilità b’modi oħra, bħal wara inċidenti trawmatiċi, dijanjosi ta’ mard kroniku, jew permezz ta’ inċidenti oħra li jbiddlu l-ħajja. Diżabilità li wieħed jikseb f’ħajtu tista’ tbiddel b’mod sinifikanti l-ħajja ta’ persuna, kemm fiżikament kif ukoll mentalment.

 

Għal ħafna, l-iżvillup ta’ diżabilità huwa akkumpanjat minn perjodu ta’ niket, u jista’ jqanqal ħafna emozzjonijiet intensi oħra bħal biża’, rabja, ansjetà, skumdità (kemm mentalment kif ukoll fiżikament), u sentimenti ta’ aljenazzjoni. Id-dipressjoni u l-PTSD (Post Traumatic Stress Disorder) ħafna drabi jakkumpanjaw dan l-akkwist ta’ diżabilità, b’ħafna nies jinnavigaw it-telf ta’ xi kapaċitajiet waqt li jitgħallmu jgħixu b’ oħrajn ġodda.

 

Għal ħafna nies li tiżviluppalhom diżabilità fil-ħajja, ifisser li jitilfu parti minn ġisimhom u/jew il-funzjonalità ta’ parti minn ġisimhom. Dan jista’ jkun flimkien mat-telf ta’ kumdità fiżika, saħħa, mobilità, spontanjetà, il-kapaċità li jipparteċipaw f’ċerti attivitajiet, aspetti partikolari tal-istili ta’ ħajja preċedenti tagħhom, privatezza, sens ta’ dinjità, sens ta’ kontroll, sens ta’ effikaċja, parti mill-indipendenza, ħbieb, opportunitajiet ta’ impjieg, stabilità finanzjarja, id-dehra tal-ġisem tagħhom, u s-sens tagħhom infushom b’mod ġenerali. Kif individwu jaġġusta ruħu għal diżabilità ġdida huwa marbut b’mod qawwi ma’ min kien qabel id-diżabilità, inkluż għal liema riżorsi soċjali, emozzjonali u finanzjarji għandu aċċess. Fil-fatt, min kienet il-persuna qabel ma kisbet d-diżabilità huwa marbut aktar mill-qrib mal-aġġustament milli mas-severità tal-indeboliment innifsu.

GĦAN

L-għan tal-grupp ta’ sostenn huwa li jipprovdi spazju sikur, ta’ rispett, u spazju ta’ sostenn għall-persuni b’acquired disability biex jaqsmu esperjenzi flimkien, jipproċessaw il-bidliet fil-ħajja, u tisħiħ tal-benesseri emozzjonali.

 

Bis-saħħa tas-sostenn ugwali u diskussjonijiet iggwidati, il-grupp hu mmirat li jippromwovi l-aġġustament, reżiljenza, id-dritt li titkellem għalik innifsek, u sens ta’ identità ġdida, filwaqt li jnaqqar l-isolament u jsaħħaħ il-konnessjoni ma’ persuni oħra għaddejjin mill-istess sfidi.

 

Dawn il-gruppi huma mingħajr ħlas u jitmexxew minn professjonisti.

Kif għandek tapplika

Eliġibilità: persuni bejn t-18 u d-59 sena li għandhom diżabilità minn aċċident jew minn kundizzjoni medika.

 

Sessjonijiet fl-2026:

  • L-Erbgħa 7 ta’ Jannar
  • L-Erbgħa 21 ta’ Jannar
  • L-Erbgħa 4 ta’ Frar
  • L-Erbgħa 18 ta’ Frar
  • L-Erbgħa 4 ta’ Marzu
  • L-Erbgħa 18 ta’ Marzu
  • L-Erbgħa 1 ta’ April
  • L-Erbgħa 15 ta’ April
  • L-Erbgħa 29 ta’ April
  • L-Erbgħa 13 ta’ Mejju

 

Post: Aġenzija Sapport, Professional Development Centre, Triq il-Ħarrub, Santa Venera (post aċċessibbli)

Ħin: 18:00 – 19:30

 

Dawk interessati li japplikaw għal dawn il-workshops jistgħu jniżżlu l-applikazzjoni u jibgħatuha email, imorru biha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.


AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:

Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.

Skip to content