Il-missirijiet ta’ tfal b’diżabilità jistgħu jesperjenzaw firxa ta’ sentimenti u emozzjonijiet, kollha b’mod differenti.
GĦAN
Aġenzija Sapport toffri sett ta’ 12-il workshop maħsubin għall-missirijiet tat-tfal b’diżabilità. Permezz ta’ dawn il-workshops, il-missirijiet għandhom l-opportunità jiddiskutu flimkien kif ukoll jiksbu aktar għarfien dwar diversi suġġetti li jistgħu jgħinuhom biex jifhmu l-imġiba u l-bżonnijiet tat-tfal tagħhom.
Is-suġġetti indirizzati matul dawn il-workshops jinkludu:
- Ningħaqdu ma’ missirijiet oħra
- Ħidma b’kollaborazzjoni mal-fornituri tas-servizzi
- Kif tibbilanċja l-bżonnijiet tal-familja, tax-xogħol u tiegħek stess
- Kif tibbilanċja l-bżonnijiet ta’ membri oħra tal-familja
- Żamma ta’ relazzjonijiet pożittivi mal-adulti
- Ibni/Binti u jien
- Immaniġġjar tal-imġiba
- Kif trawwem it-tkabbir emozzjonali ta’ ibnek/bintek
- Nibnu relazzjonijiet permezz tal-logħob u l-ħbiberiji
- Immaniġjar tal-istress
- Kif issib il-kapaċitajiet u s-soluzzjonijiet tiegħek
- Iffoka fuq il-futur
Dawn il-gruppi huma mingħajr ħlas u jitmexxew minn professjonisti.
Kif għandek tapplika
Il-workshops għall-missirijiet ser jibdew f’Jannar 2026.
Dati:
- It-Tlieta 13 ta’ Jannar
- It-Tlieta 27 ta’ Jannar
- It-Tlieta 17 ta’ Frar
- It-Tlieta 3 ta’ Marzu
- It-Tlieta 17 ta’ Marzu
- It-Tlieta 7 ta’ April
- It-Tlieta 21 ta’ April
- It-Tlieta 5 ta’ Mejju
- It-Tlieta 19 ta’ Mejju
- It-Tlieta 2 ta’ Ġunju
- It-Tlieta 16 ta’ Ġunju
- It-Tlieta 30 ta’ Ġunju
Post: Aġenzija Sapport, Professional Development Centre, Triq il-Ħarrub, Santa Venera
Ħin: 18:00 – 19:30
Dawk interessati li japplikaw għal dawn il-workshops jistgħu jniżżlu l-applikazzjoni u jibgħatuha email, imorru biha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.
AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI
L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:
Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614
Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.