Aġenzija Sapport tiffaċilita sessjonijiet fi grupp għal adolexxenti li għandhom aħwa b’diżabilità.

 

Huwa spazju sigur u ta’ sostenn fejn l-adolexxenti jistgħu jiltaqgħu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jħossuhom mifhuma.

 

Permezz ta’ attivitajiet skont l-età, l-adolexxenti jkollhom l-opportunità jaqsmu l-esperjenza tagħhom, ta’ adolexxenti b’aħwa b’diżabilità – kemm is-sitwazzjonijiet pożittivi kif ukoll l-isfidi li jaffaċċjaw. Is-sessjonijiet joffrulhom opportunità biex iħossuhom mifhuma u apprezzati filwaqt li jieħdu gost fi grupp sigur.

GĦANIJIET

Il-Grupp ta’ Sostenn għal Aħwa Adolexxenti se: 

  • Jipprovdi ambjent sigur, ta’ sostenn, u ta’ fehim għall-adolexxenti li għandhom aħwa b’diżabilità.
  • Joffri pjattaforma fejn l-adolexxenti jistgħu jaqsmu l-esperjenzi, il-ħsibijiet u s-sentimenti tagħhom ma’ aħwa oħra li jifhmu s-sitwazzjonijiet uniċi tal-familji tagħhom.
  • Jinkoraġġixxi s-sostenn reċiproku u r-rabtiet bejn il-membri tal-grupp.
  • Jgħin lill-adolexxenti jiżviluppaw strateġiji utli biex jaffaċċjaw sfidi u jibnu r-reżiljenza.
  • Jinkoraġġixxi diskussjonijiet miftuħa dwar suġġetti relatati mal-esperjenzi u t-tħassib tal-parteċipanti.
  • Jinvolvi lill-parteċipanti f’attivitajiet u eżerċizzji interattivi li jippromwovu t-tkabbir personali, l-espressjoni personali u l-benesseri.
  • Joħloq opportunitajiet biex l-adolexxenti jitgħallmu minn xulxin u jibnu relazzjonijiet sinifikanti mal-membri tal-grupp.
  • Jappoġġja lill-parteċipanti matul programm ta’ sitt xhur b’sessjonijiet kull ħmistax, filwaqt li jippromwovi riflessjoni u żvilupp kontinwu.

Dawn il-gruppi huma b’xejnu jitmexxew minn professjonisti.

Kif tapplika

Dan il-grupp ta’ sostenn huwa maħsub għal adolexxenti bejn it-13 u s-17-il sena li għandhom aħwa b’diżabilità.

 

Is-sessjonijiet tal-grupp ta’ sostenn isiru kull ħmistax fuq perjodu ta’ madwar sitt xhur, bejn Ottubru u April. Il-ħin ikun bejn is-18:00 u s-19:30 (siegħa u nofs).

 

Id-dati proviżorji għas-sessjonijiet tal-2026/2027 huma:

  • Sessjoni 1: 27 ta’ Ottubru
  • Sessjoni 2: 10 ta’ Novembru
  • Sessjoni 3: 24 ta’ Novembru
  • Sessjoni 4: 15 ta’ Diċembru
  • Sessjoni 5: 7 ta’ Jannar 2027
  • Sessjoni 6: 21 ta’ Jannar
  • Sessjoni 7: 2 ta’ Frar
  • Sessjoni 8: 16 ta’ Frar
  • Sessjoni 9: 2 ta’ Marzu
  • Sessjoni 10: 16 ta’ Marzu
  • Sessjoni 11: 30 ta’ Marzu
  • Sessjoni 12: 13 ta’ April

 

Is-sessjonijiet se jsiru: Aġenzija Sapport – PDC Office, Triq Il-Ħarrub, Santa Venera SVR 9018

 

Dawk interessati japplikaw jistgħu jniżżlu l-formola tal-applikazzjoni u jibagħtuha permezz tal-email, iwassluha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.

 

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt .


AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:

Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.