Spazju sigur u li jagħti saħħa lill-ommijiet biex jiltaqgħu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jibnu aktar fiduċja fihom infushom.

GĦAN

Li jipprovdi spazju sigur, ta’ sostenn u li jagħti s-setgħa lill-ommijiet li jistgħu jibbenefikaw minn sostenn addizzjonali fir-rwol tagħhom bħala ġenituri.

 

Dan il-grupp ta’ sostenn ser: ·

  • Joħloq opportunitajiet għall-ommijiet biex jaqsmu l-esperjenzi, l-isfidi u s-suċċessi tagħhom ma’ oħrajn f’sitwazzjonijiet simili.
  • Jibni l-fiduċja fil-kapaċitajiet tagħhom bħala ġenituri u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.
  • Isaħħaħ il-ħiliet ta’ parenting biex jappoġġja l-benesseri u l-iżvilupp tat-tifel jew tifla tagħhom b’diżabilità.
  • Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet soċjali sinifikanti u komunitajiet ta’ sostenn ma’ oħrajn li għaddejjin mill-istess esperjenzi.
  • Jipprovdi aċċess għal informazzjoni, gwida u riżorsi rilevanti.
  • Jippromwovi l-benesseri emozzjonali u r-reżiljenza tal-ommijiet parteċipanti.
  • Jinkoraġġixxi sens ta’ komunità, fehim u sostenn reċiproku fost il-membri tal-grupp.

 

Dawn il-gruppi huma bla ħlas u jitmexxew minn professjonisti.

KIF TAPPLIKA

Il-parteċipanti jistgħu jiġu riferuti għal dan il-grupp ta’ sostenn minn professjonisti fi ħdan l-Aġenzija jew minn professjonisti oħra involuti fil-kura u l-sostenn tagħhom.


Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.