Spazju ta’ sostenn fejn il-missirijiet jistgħu jiltaqgħu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jappoġġjaw lil xulxin.

GĦAN

Dan il-grupp ta’ sostenn għandu l-għan li jipprovdi spazju sigur u ta’ sostenn għall-missirijiet ta’ tfal b’diżabilità sabiex jaqsmu l-esperjenzi, l-isfidi u s-suċċessi tagħhom.

 

Nemmnu li permezz ta’ diskussjoni miftuħa u sinċiera, nistgħu nappoġġjaw lil xulxin biex nindirizzaw il-kumplessitajiet tal-paternità u l-iżvilupp personali.

 

Il-Grupp ta’ Sostenn għall-Missirijiet huwa differenti mill-Workshops għall-Missirijiet li wkoll qed jiġu pprovduti minn Aġenzija Sapport, peress li ma jkun hemm l-ebda programm stabbilit minn qabel. Il-programm jiġi stabbilit mill-parteċipanti stess, u jiffoka fuq il-kwistjonijiet attwali li jkunu qed jiffaċċjaw huma.

 

Il-Grupp ta’ Sostenn għall-Missirijiet:

  • Joħloq opportunitajiet għal inkoraġġiment reċiproku, fehim u sostenn bejn il-membri tal-grupp.
  • Jinkoraġġixxi diskussjonijiet miftuħa u sinċiera li jgħinu lill-parteċipanti jindirizzaw il-kumplessitajiet tal-paternità.
  • Jappoġġja lill-missirijiet fit-tkabbir u l-iżvilupp personali tagħhom.
  • Jinkoraġġixxi t-tagħlim permezz tal-qsim ta’ esperjenzi, perspettivi u tagħrif prattiku.
  • Joffri approċċ mmexxi mill-parteċipanti, fejn id-diskussjonijiet jiġu ggwidati mill-ħtiġijiet u t-tħassib attwali tal-missirijiet.
  • Jindirizza kwistjonijiet u sfidi tal-ħajja ta’ kuljum li l-parteċipanti jkunu qed jaffaċċjaw fiż-żmien ta’ kull sessjoni.
  • Jibni sens ta’ komunità u konnessjoni bejn il-missirijiet permezz ta’ djalogu kontinwu u esperjenzi komuni.

 

Dawn il-gruppi huma b’xejn u jitmexxew minn professjonisti.

Kif tapplika

Dawk interessati li japplikaw għal dan il-grupp ta’ sostenn jistgħu jniżżlu l-formola tal-applikazzjoni u jibagħtuha permezz tal-email, iwassluha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.

 

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt.


AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:

Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.