Sensiela ta’ sessjonijiet immirati għal ġenituri ta’ tfal b’diżabilità.

 

Spazju li jilqa’ lill-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità biex jiltaqgħu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jagħtu appoġġ lil xulxin.

Għan

Li tieħu ħsieb tifel jew tifla b’diżabilità hija mixja mimlija mħabba, saħħa u wkoll sfidi uniċi.

 

Dawn il-workshops huma mfassla biex joffru lill-ġenituri spazju ta’ sostenn fejn jistgħu jirriflettu, jitgħallmu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jagħmlu kuntatt ma’ ġenituri u carers oħra.

 

Il-ġenituri mhumiex waħedhom f’din il-mixja. Dawn is-sessjonijiet jipprovdu għodod prattiċi, appoġġ emozzjonali u fiduċja mġedda hekk kif ikomplu jiddefendu l-interessi ta’ wliedhom u jieħdu ħsieb kemm lil uliedhom kif ukoll lilhom infushom.

 

Is-sessjonijiet ikopru dawn is-suġġetti:

  1. Nirrikonċiljaw il-ħolm tagħna, inneħħu s-sens ta’ ħtija u negħlbu n-niket
  2. Insibu bilanċ bejn ir-rwol ta’ ġenitur u fir-relazzjoni mas-sieħeb/sieħba
  3. Nagħraf lit-tifel jew tifla tiegħi – nibnu relazzjoni qabel nikkoreġu
  4. L-effetti tad-diżabilità fuq l-aħwa
  5. Nappoġġjaw is-saħħa mentali tal-ġenituri
  6. Kif nimmaniġġjaw l-istress bħala ġenituri u norganizzaw il-ħin mingħajr ma nitilfu lilna nfusna
  7. Tfal speċjali għandhom bżonn ġenituri speċjali
  8. Kif tkun vuċi u difensur għat-tifel jew tifla tiegħek
  9. Sess u sesswalità – it-tranżizzjoni mit-tfulija għall-adolexxenza
  10. Teħid ta’ deċiżjonijiet appoġġjat – ix-xejra l-ġdida
  11. Gwida għall-familji dwar it-teknoloġija assistiva u materjal edukattiv aċċessibbli
  12. X’se jiġri meta ma nkunx aktar hawn

 

Dawn il-gruppi huma bla ħlas u jitmexxew minn professjonisti.

Kif tapplika

Il-workshops isiru kull ħmistax, bejn is-18:00 u s-19:30.

 

Dawk interessati li japplikaw għall-workshops jistgħu jniżżlu l-formola tal-applikazzjoni u jibagħtuha permezz tal-email, iwassluha personalment jew jibagħtuha bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt.

 

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt.

FILL APPLICATION FORM ONLINE
AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

Application must then be sent to:

Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Patri Ġwann Azzopardi Street, Santa Venera SVR 1614

 

One may also send an email on workshops.sapport@gov.mt, or call Aġenzija Sapport Helpline on Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) for more information.