Aġenzija Sapport tiffaċilita sessjonijiet fi grupp għal tfal li għandhom aħwa b’diżabilità.

 

Permezz ta’ logħob u attivitajiet skont l-età, it-tfal u l-adolexxenti jkollhom l-opportunità jaqsmu l-esperjenza tagħhom, ta’ tfal b’aħwa b’diżabilità – kemm is-sitwazzjonijiet pożittivi kif ukoll l-isfidi li jaffaċċjaw. Is-sessjonijiet joffrulhom opportunità biex iħossuhom mifhuma u apprezzati filwaqt li jieħdu gost fi grupp sigur.

GĦAN

Permezz tal-grupp Super Sibs, it-tfal u l-adolexxenti: 

  • Jiltaqgħu ma’ aħwa oħrajn ta’ persuni b’diżabilità
  • Jieħdu gost
  • Jitkellmu ma’ oħrajn li jifhmuhom dwar l-affarijiet pożittivi (u xi drabi mhux daqsekk pożittivi) li jkollok aħwa b’diżabilità
  • Jiġu appoġġjati fit-tiftix tal-assistenza meta jkollhom bżonnha
  • Jieħdu aktar gost!

 

Dawn il-gruppi huma mingħajr ħlas u jitmexxew minn professjonisti.

 

 

 

 

 

Kif għandek tapplika

Super Sibs huma għal tfal bejn l-etajiet ta’ 7 u 12-il sena li għandhom aħwa b’diżabilità.

 

Is-sessjonijiet ser isiru:

  • It-Tlieta 15 ta’ Lulju
  • Il-Ħamis 17 ta’ Lulju
  • It-Tlieta 22 ta’ Lulju
  • Il-Ħamis 24 ta’ Lulju
  • It-Tlieta 29 ta’ Lulju
  • Il-Ħamis 31 ta’ Lulju

 

Ħin: bejn il-17:00 u s-18:30

Post: Ronald McDonald House Charities Learning Centre, Triq il-Wileġ, Qawra

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sal-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2025.

 

 

 


AGĦFAS HAWN GĦAL KOPJA TAL-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjoni għandha tintbagħat lil:

Aġenzija Sapport, Family Support Unit, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera SVR 1614

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kors, wieħed għandu jibgħat email fuq workshops.sapport@gov.mt, jew iċempel fuq Aġenzija Sapport Helpline fuq Freephone Servizz.gov 153 (ext. 05) għal aktar informazzjoni.

Skip to content